Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/30800
Title: It-teatru f'San Giljan : l-ewwel parti
Other Titles: It-teatru f'San Giljan : b'dedika lil Lucjan Pullicino
Authors: Pirotta, Manoel
Keywords: Theater -- Malta -- St. Julians -- History -- 18th century
Spinola Palace (St. Julians, Malta) -- History -- 18th century
Theater -- Malta -- St. Julians -- History -- 19th century
Theater -- Malta -- St. Julians -- History -- 20th century
Issue Date: 2017
Publisher: San Ġiljan : Għaqda Dilettanti Knisja ta' Lapsi
Citation: Pirotta, M. (2017). It-teatru f'San Giljan : l-ewwel parti. Lapsi 2017 – l-Annwal tal-knisja antika ta’ San Ġiljan Ospidalier, 122-129
Abstract: Għad li Luċjan Pullicino (5.iii.1922 – 8.xii.2012) twieled Birkirkara, kien Ġiljaniż minn rasu sa saqajh. Eżatt malli l-familja tiegħu ġiet toqgħod San Ġiljan, mill-ewwel rabat qalbu ma’ dan is-subborg marittmu u max-xbieha qaddisa ta’ San Ġiljan. Il-Mulej għoġbu jisilfu ħajja twila li matulha Luċjan għaraf jisfruttaha bil-mod kif kien jaf hu għall-benefiċċju, mhux biss tiegħu u ta’ dawk ta’ madwaru, imma wkoll għall-Ġiljaniżi in ġenerali. Hawn min jista’ ma jaqbilx ma’ din id-dikjarazzjoni, imma jibqa’ l-fatt li Luċjan, b’xi mod jew ieħor, irnexxielu jħallielna xi forma ta’ patrimonju warajh. Fost id-diversi talenti dilettanteski li kien iħaddan Luċjan hemm dak tal-irreċtar, il-kitba ta’ drammi u radju-drammi reliġjużi, u d-direzzjoni tal-kumpanija teatrali b’talent lokali li kien waqqaf hu stess. Iżda din il-kitba riċerkata tmur oltri minn hekk għax kif ser naraw it-teatru f’San Ġiljan kien ilu magħna sa’ minn żmien il-perjodu Barokk. Mal-medda taż-żmien imbagħad, kienu diversi t-teatri/ni u l-kumpaniji filodrammatiċi li twaqqfu ġo dan is-subborg marittmu u li offrew divertiment onest lil popolin permezz tar-rappreżentazzjonijiet li kienu jittellgħu fix-xhur sħan tas-sajf. Għaldaqstant, din is-serje t’artikli niddedikahom lil Luċjan f’għeluq il-ħames anniversarju minn mewtu. Nieħu din l-okkażjoni biex niżżi ħajr lil Niki Papagiorcopula, il-bniedem responsabbli mill-arkivju ta’ Lapsi, biex stajt naċċessja għal xi dokumenti u ritratti li jien ħassejt li huma ta’ rilevanza fir-riċerka tiegħi.
Description: This article also includes the following images : Carlo Goldoni - Gjacint Tua - Ivo Muscat Azzopardi - Mikelang Borg - Mro. Orlando Crescimanno - Palazzo Spinola 1881 - Maskra tal-gebel - Manifest 1883 - Manifest 1884
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/30800
Appears in Collections:Scholarly Works - JCMus



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.