Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37575
Title: L-ghadd imtenni fil-partijiet tal-gisem
Authors: Brincat, Shazel
Keywords: Maltese language -- Grammar
Maltese language -- Number
Human body and language -- Malta
Issue Date: 2018
Citation: Brincat, S. (2018). L-ghadd imtenni fil-partijiet tal-gisem (Bachelor's dissertation).
Abstract: Dan l-istudju jinqasam fi tliet partijiet ewlenin. Fl-ewwel parti, b’mod ġenerali, niġbor xi nkiteb dwar l-imtenni f’għadd ta’ studji grammatikali. Fit-tieni parti, nitkellem dwar il-metodu li użajt sabiex finalment nagħmel analiżi tar-riżultati tal-parteċipanti, li qiegħda fit-tielet kapitlu. Fl-ewwel kapitlu, nistħarreġ kitbiet dwar l-imtenni fil-Malti u niġbor il-qofol ta’ dawn ix-xogħlijiet f’erba’ taqsimiet ewlenin li huma: id-definizzjonijiet tal-imtenni, il-formazzjoni tal-imtenni, it-tifsir u l-funzjonijiet tal-imtenni u osservazzjonijiet oħra. Fost dawn l-istudji, jispikkaw ta’ Edward Fenech li huwa l-ewwel xogħol dettaljat li jiffoka fuq l-imtenni fil-Malti, u dak ta’ Anton F. Attard, li fost l-oħrajn jipprovdi ġabra sħiħa tan-nomi li jieħdu l-imtenni. Fit-tieni kapitlu nittratta xi xejriet mill-fergħa tas-soċjolingwistika biex nintroduċi l-metodoloġija ta’ dan l-istudju b’mod partikolari l-fatturi soċjolingwistiċi tal-età u s-sess, li fuqhom nibbaża l-analiżi tiegħi. F’din it-taqsima nitkellem fid-dettall dwar il-metodu li użajt biex wettaqt din ir-riċerka, kif ħejjejt l-istudju pilota, il-mod kif għażilt il-parteċipanti tiegħi u d-diffikultajiet li ltqajt magħhom. Insemmi wkoll l-għodda tal-korpus Malti li, għal raġunijiet li nispjega f’din it-taqsima, ma stajtx nużaha biex nosserva l-varjazzjoni fl-imtenni fil-Malti miktub. Fl-aħħar kapitlu nanalizza u niddiskuti r-riżultati li ksibt mill-120 parteċipant li intervistajt. F’dan il-kapitlu nikklassifika n-nomi tal-partijiet tal-ġisem skont l-użu tagħhom fl-imtenni. Nara wkoll x’effett għandhom il-fatturi tal-età u s-sess tal-kelliema fuq l-għadd li jużaw mal-forom fl-imtenni bil-pronom mehmuż. Fl-għeluq, nagħti ħarsa lejn is-sejbiet ewlenin ta’ dan l-istudju u nissuġġerixxi x’jista’ jsir aktar fuq l-għadd imtenni fil-Malti.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37575
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL002.pdf
  Restricted Access
1.93 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.