Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37849
Title: Id-djalett ta' Hal Safi : id-diskors tal-omm mat-tfal
Authors: Zammit, Claire
Keywords: Maltese language -- Dialects -- Malta -- Safi
Mother and child -- Malta -- Safi
Sociolinguistics -- Malta
Maltese language -- Variation -- Malta -- Safi
Issue Date: 2018
Citation: Zammit, C. (2018). Id-djalett ta' Hal Safi : id-diskors tal-omm mat-tfal (Bachelor's dissertation).
Abstract: Dan l-istudju, kif jixhed ismu, jiffoka fuq id-diskors tal-omm mat-tfal. Iżda dan il-qasam huwa varjat ħafna u nkitbu bosta xogħlijiet fuq hekk ukoll. Għaldaqstant, ridt nieħu dan l-istudju minn perspettiva oħra. Ħal Safi huwa post marbut ma' qalbi għaliex huwa l-post li fih għext u trabbejt. Id-djalett li bih jitkellmu l-Ħal Safin dejjem affaxxinani u qajjimli kurżità. Iktar ma kbirt u beda għaddej iż-żmien, iktar bdejt ninnota li t-tfal tampari ma tantx jitkellmu bid-djalett. Meta fittixt f‟xi kotba ntbaħt li d-djalett ftit li xejn jissemma u għaldaqstant ħtaft l-opportunità sabiex nagħmel xi ħaġa jiena. L-idea ewlenija tiegħi kienet li nistudja kif l-ommijiet ikellmu lil uliedhom f‟Ħal Safi. Fi kliem ieħor, ridt nara jekk l-ommijiet ikellmux lil uliedhom bid-djalett ta' Ħal Safi. Dan stajt nagħmlu billi nanalizza lill-ommijiet jitkellmu ma' wliedhom. Dan għamiltu b‟mod komparattiv billi qsamt l-ommijiet f‟żewġ kateġoriji: ommijiet li waslu sa edukazzjoni sekondarja u ommijiet li studjaw sa edukazzjoni terzjarja. Imbagħad analizzajt jekk kienx hemm xi differenzi kif dawn iż-żewġ gruppi ta‟ nies ikellmu lil uliedhom. Naturalment, huwa impossibbli li nanalizza kull tifel u tifla li jgħixu f‟dan ir-raħal minħabba restrizzjonijiet ta' żmien u ħin. Minħabba f‟hekk, għażilt li nagħmel l-istudju tiegħi fuq livell iżgħar iżda li xorta jirrifletti dak li verament qiegħed iseħħ. Importanti li ngħid li l-iskop ta' din it-teżi mhux li naraw id-differenzi lingwistiċi li jeżistu bejn il-lingwa standard u ta' dan ir-raħal u lanqas li nistudjaw dan id-djalett partikolari, iżda biex naraw id-djalett ta' dan ir-raħal fejn sejjer.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37849
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL024.pdf
  Restricted Access
1.59 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.