Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37901
Title: L-omm u t-tfal : fir-raħal ta’ fuq u r-raħal t’isfel fiz-Żejtun
Authors: Micallef, Madeline
Keywords: Maltese language -- Dialects -- Malta -- Żejtun
Mother and child -- Malta -- Żejtun
Sociolinguistics -- Malta
Issue Date: 2018
Abstract: Preżentament iż-Żejtun huwa maqsum f’żewġ irħula. Ir-Raħal ta’ Fuq fejn maż-Żwieten huwa magħruf bħala Ħal Bisbut filwaqt li r-Raħal t’Isfel huwa rikonoxxut bħala Ħal Bisqallin. Għalkemm din id-diviżjoni ilha teżisti fost iż-Żwieten, Fiott fil-ktieb tiegħu ‘The South part 2,’ jgħid li din il-qasma bejn ir-raħal ta’ Fuq u r-raħal t’Isfel mhijiex waħda uffiċjali għaliex mhijiex maqsuma abbażi ta’ ġeografija iżda abbażi t’altitudni (Fiott 51). Id-djalett Żejtuni jkompli jikkumplimenta lir-raħal u jagħmlu partikolari minn irħula oħra. F’din it-teżi xtaqt niskopri aktar dwar iż-Żwieten u d-djalett tagħhom. L-għan prinċipali ta’ din it-teżi kien li nara jekk l-ommijiet ikellmux lit-tfal tagħhom bid-djalett u fejn l-aktar li jinsab jekk mhux fir-raħal ta’ Fuq jew fir-raħal t’Isfel. Xtaqt ukoll nistħarreġ jekk l-ommijiet li jitkellmu bid-djalett mhux qegħdin jgħaddu d-djalett lit-tfal tagħhom kif ukoll xtaqt nanalizza kif jaħsbuha l-ommijiet dwar id-djalett u t-tfal. Sabiex nagħmel dan kelli bżonn nirrekordja t-taħdit ta’ bejn l-ommijiet u t-tfal kif ukoll ħejjejt kwestjonarju sabiex jimtelà mill-ġenituri. Sabiex nanalizza bir-reqqa dan kollu użajt ir-riċerka kwalitattiva. Ovvjament il-parteċipanti kellhom ikunu ommijiet li joqogħdu ż-Żejtun u li l-età tagħhom tvarja bejn il-ħamsa u tletin sena u l-ħamsin sena filwaqt li t-tfal tagħhom kellhom ikunu ta’ bejn it-tnax-il sena u s-sittax-il sena. Lill-parteċipanti ddividejthom skont mil-liema naħa tar-raħal kienu ġejjin minna. It-teżi tiegħi hija maqsuma fi tliet taqsimiet prinċipali. L-ewwel kapitlu jittratta kemm riċerkaturi barrani kif ukoll riċerkaturi Maltin li huma stabbiliti li kitbu dwar is-soċjolingwistika. F’dan il-kapitlu inkludejt ukoll lil xi studenti li kitbu u wettqu r-riċerka tagħhom fis-suġġett tas-Soċjolingwistika. F’dan il-kapitlu ttrattajt suġġetti li għandhom x’jaqsmu mal-qasam soċjolingwistiku u d-djalett bħad-diglossja, il-bilingwiżmu u l-lingwa u t-tfal. It-tieni Kapitlu huwa dak tal-Metodoloġija, li jittratta d-diffikultajiet li sibt waqt li kont qed inħejji għal din ir-riċerka. Barra minn hekk huwa kapitlu li jiġbor pass pass il-mod ta’ kif imxejt sabiex sibt il-parteċipanti, biex ġbart l-informazzjoni mingħand il-parteċipanti kif ukoll bosta vantaġġi u żvantaġġi oħra li ltqajt magħhom waqt li kont qed nagħmel dan l-istudju. It-tielet Kapitlu huwa dak tal-Analiżi u r-Riżultati. Mit-titlu stess wieħed mill-ewwel jinduna dwar x’ser ikun qiegħed jiġbor fih dan il-kapitlu. Fil-fatt jiġbor fih l-analiżi u r-riżultati li ħarġu kemm mis-sessjonijiet tar-rekordjar kif ukoll mit-tweġibiet tal-kwestjonarju li qassamt lil kull parteċipanta li kienet parti minn dan l-istudju. Il-Konklużjoni ta’ din it-teżi, barra li tiġbor il-punti ewlenin tar-riċerka tiegħi, titkellem ukoll dwar xi xogħlijiet futuri fejn fl-opinjoni tiegħi għandhom isiru xi riċerki dwarhom kif ukoll kelmtejn dwar id-djalett b’mod ġenerali.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37901
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL016 acc.mat.mp3
  Restricted Access
62.88 MBUnknownView/Open Request a copy
18BAMAL016.pdf
  Restricted Access
1.34 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.