Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8669
Title: Traduzzjoni tar-rumanz 'A child called 'it'' ta' Dave Pelzer
Authors: Ciscaldi, Nicolette
Keywords: Pelzer, David J. A child called "it" -- Translations into Maltese
Issue Date: 2013
Abstract: Mal-ewwel daqqa t’għajn, għal dawk li ma jkollhomx għarfien wiesa’ u profond ta’ x’inhi eżattament l-arti tat-traduzzjoni, dan il-proċess xi ftit jew wisq fenomenali, jidher bħal qisu sempliċiment l-ikkuppjar ta’ biċċa kitba minn sistema ta’ lingwa għal oħra. Din mhijiex definizzjoni kompletament ħażina , iżda l-istampa ma tkunx qed titpinġa b’mod ċar jekk wieħed jaħseb li dan il-proċess huwa daqstant faċli biex isir, li persuna kapaċi titkellem u tifhem aktar minn lingwa waħda tista’ tagħmel dan ix-xogħol kif ġieb u laħaq u tikseb riżultat li jkun jissodisfa kemm l-awtur u t-test tal-lingwa oriġinali kif ukoll it-test u l-qarrej fil-mira. Fil-qofol tiegħu dan ifisser li t-traduzzjoni għandha tkun bħal mera tat-test sors u għaldaqstant tkun leali lejh, iżda fl-istess ħin tkun qiegħda toffri test mexxej u li jinftiehem fil-lingwa l-ġdida. Barra minn hekk, it-tipi differenti ta’ testi li jista’ jiltaqa’ magħhom traduttur iwassluh biex jadotta teknika differenti għal kull wieħed minnhom. Sabiex it-traduttur iwassal l-aktar interpretazzjoni preċiża fil-lingwa fil-mira jeħtieġ li jiddekodifika t-test għat-traduzzjoni, jiġifieri jifhem it-tifsira intenzjonata ta’ kull espressjoni u paragrafu fost oħrajn u fl-istess waqt ikun konxju tal-karatteristiċi lingwistiċi u stilistiċi tat-test partikolari. Dawn il-karatteristiċi huma diversi u kull test, kemm letterarju kif ukoll nonletterarju jġorrhom miegħu. Għaldaqstant, permezz tar-rumanz magħżul, din it-teżi se tkun l-istudju u l-prova tal-karatteristiċi partikolari tat-traduzzjoni ta’ tip ta’ test, f’dan il-każ test letterarju ta’ ġeneru awtobijografiku.
Description: M.A.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8669
Appears in Collections:Dissertations - FacArtTTI - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13MATIS017.pdf
  Restricted Access
1.4 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.