Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8878
Title: Il-qasam lessikali tax-xaghar
Authors: Busuttil, Liza
Keywords: Maltese language -- Lexicology
Maltese language -- Variation
Hairdressing
Issue Date: 2013
Abstract: Din it-teżina hija mqassma f’erba’ kapitli. L-ewwel kapitlu jittratta informazzjoni dwar l-isfond tas-suġġett. Dan il-kapitlu huwa mqassam fi tliet partijiet. L-ewwel parti tinvolvi tagħrif bażiku fuq il-parrukkerija (hairdressing) u x-xagħar, kotba li għandhom x’jaqsmu max-xagħar, informazzjoni fuq is-sengħa tal-parrukkier u l-barbier, u xi kitbiet antiki li għandhom x’jaqsmu mal-barbiera ta’ Malta fiż-Żejtun. Min-naħa l-oħra t-tieni parti tittratta l-ġens tal-kelma ‘xagħar’ u l-kliem missellef fil-Malti u kemm din tinħass fil-qasam tax-xagħar, filwaqt li t-tielet parti fiha idjomi u qwiel, ħwejjeġ moħġaġa u taqbiliet marbutin max-xagħar. Kif ukoll twemmin u s-superstizzjonijiet u espressjonijiet antiki relatati ma’ dan il-qasam. It-tieni kapitlu jittratta s-soċjolingwistika u l-fatturi li jaffettwaw il-lingwa tal-persuna. Dan il-kapitlu jgħin lill-qarrej jifhem iktar ir-riżultati li ħarġu mill-esperimenti. Din is-sezzjoni tinvolvi tagħrif dwar il-lingwa u s-soċjetà, id-djalett, il-Malti standard, studji Maltin li taw kontribut f’dan il-qasam lingwistiku, x’inhi s-soċjolingwistika u l-fatturi li jinfluwenzaw il-lingwa tal-kelliem, fosthom l-età, il-ġeografija, is-sess u l-klassi soċjali. Mill-banda l-oħra t-tielet kapitlu jittratta l-metodoloġija ta’ dan l-istudju. Dan il-kapitlu jispjega kif bnejt il-metodoloġija u l-esperimenti. Il-bidu ta’ dan il-kapitlu jinvolvi metodi oħrajn barranin li għenuni nagħżel liem metodu nuża f’dan l-istudju, u jkompli b’ deskrizzjoni tal-metodu tiegħi: l-għażla tal-istampi u tal-informanti, l-istudju pilota u d-diffikultajiet li sibt waqt l-esperimenti. It-tieni parti tat-tielet kapitlu tinkludi l-analiżi u d-diskussjoni tar-riżultati li ħarġu mill-esperimenti, filwaqt li l-aħħar kapitlu jinvolvi r-reġistru; xi ntqal dwar ir-reġistru minn studjużi barranin, ir-reġistru fi lsienna, il-ħtieġa tal-glossarju, id-deskrizzjoni tal-glossarju, is-sigli tal-glossarju u t-taqsiriet talglossarju. Fl-aħħar ta’ dan l-istudju wieħed isib l-appendiċi li huwa mqassam f’ħames sezzjonijiet. ‘Appendiċi 1’ huwa magħmul mill-glossarju li hu mqassam f’partijiet differenti kif ukoll il-glossarju kollu f’ordni alfabetika. ‘Appendiċi 2’ jinkludi l-proposta għall-formola tal-kunsens tal-parteċipanti u l-karta li tajt lill-informanti biex jimlew xi informazzjoni bażika relevanti għall-istudju. Mill-banda l-oħra ‘Appendiċi 3’ fih listampi li wrejt lill-parteċipanti waqt l-esperimenti, li huma mqassmin f’sezzjonijiet bir-referenza ta’ kull stampa wara kull sezzjoni u ‘Appendiċi 4’ fih ir-riżultati li ħarġu millesperimenti. ‘Appendiċi 5’ jinvolvi artiklu miktub mis-Sur Lino Psaila bid-djalett: Berbiere fiż-Żejtewn; żidtu bħala appendiċi għax huwa interessanti li wieħed jara kif dan ix-xogħol huwa miktub, peress li huwa miktub bid-djalett.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8878
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL005.pdf
  Restricted Access
5.55 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.