Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8891| Title: | Varjazzjoni djalettali fil-qasam lessikali tal-helu |
| Authors: | Cassar, Franciana |
| Keywords: | Maltese language -- Variation Maltese language -- Lexicology Desserts -- Malta |
| Issue Date: | 2013 |
| Abstract: | L-ewwel kapitlu jiffoka fuq studji preċedenti bħalma huma l-ilsien Malti u l-Malti standard, id-djalettoloġija, l-istudjużi tad-djalettoloġija, il-varjazzjoni fl-ilsien Malti u s-soċjolingwistika. Fit-tieni kapitlu, dan l-istudju janalizza l-proċess tax-xogħol li użat Rapa. Jispjega wkoll il-metodu użat sabiex inkisbu r-riżultati tal-varjazzjonijiet lessikali, kif ukoll l-għażla tal-varjabbli soċjolingwistiċi użati fl-istħarriġ. L-intervisti saru ma’ disgħin mara miż-Żejtun, li nqasmu f’żewġ gruppi ta’ etajiet; żgħażagħ u anzjani. It-tielet kapitlu janalizza r-riżultati ta’ dan l-istudju. Ir-riżultati qed jingħataw f’persentaġġi, dan sabiex wieħed jagħraf kemm-il darba ntqal kull varjant partikolari miż-żewġ gruppi ta’ etajiet; iż-żgħażagħ u l-anzjani kif ukoll fit-tliet zoni Żwieten. Mill-analiżi ġew magħrufa l-varjanti mitkellma f’Għawdex, dawk mitkellma fiż-Żejtun kif ukoll dawk komuni bejn it-tnejn. Pereżempju ż-Żwieten jużaw aktar varjanti meta pparagunati mal-Għawdxin. Ħaġa oħra hi li varjazzjonijiet lessikali dehru aktar fuq bażi ta’ età milli fuq bażi ġeografika. Sabiex it-termini jiġu mifhuma aħjar minn dawk li jaqraw dan l-istudju, tingħata spjegazzjoni tagħhom skont iż-żewġ dizzjunarji ewlenin; dak ta’ Aquilina kif ukoll dak ta’ Serracino Inglott. Madanakollu, xi termini użati fl-istħarriġ mhumiex inklużi fid-dizzjunarji. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8891 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2013 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 13BAMAL007.pdf Restricted Access | 30.26 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
