Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8893
Title: It-teledramm Malti bħala espressjoni ta' tibdil socjali
Authors: Caruana, Roxette
Keywords: Television soap operas -- Malta
Women -- Malta -- Social conditions
Mass media and women -- Malta
Issue Date: 2013
Abstract: Dan l-istudju huwa bbażat fuq il-perċezzjoni li l-mara fil-letteratura Maltija, kif ukoll fil-kitba tad-drama televiżiva li hija rifless tar-realtà, hija kontinwament f’kunflitt mal-bqija tas-soċjetà. Minkejja li fix-xogħlijiet magħżula, u anke fil-bqija, il-maġġoranza tal-atturi huma nisa, ix-xogħlijiet infushom huma miktuba u diretti minn irġiel. Minn dan iqumu mistoqsijiet bħala: kemm jibqa’ fidil lejn ir-realtà xogħol televiżiv? U wisq iktar, kemm hi reali u korretta l-figura tal-mara maħluqa mir-raġel? Fl-ewwel kapitlu ser tingħata ħarsa ġenerali lejn l-irwol tal-midja fil-ħajja tan-nies u ssir iktar speċifika għall-irwol tan-nisa fi ħdanha. Wara, dan l-istudju jimxi għad-drama u s-sehem tan-nisa fiha b’importanza ikbar lejn ix-xena televiżiva Matlija. Flaħħar nett, tingħata spejagazzjoni għalfejn intgħażlu x-xogħlijiet partikolari. L-ewwel ħsieb li jiġi fl-imħuħ mal-kelma ‘mara’ hija d-dgħufija tagħha meta kkumparata mas-saħħa fiżika u l-poter tar-raġel li f’ħafna mill-każijiet, anke jekk mhux intenzjonalment, jitfgħuh f’livell superjuri għaliha mingħajr ma din tista’ tiġġieled għad-drittijiet tagħha. Għalhekk, dan ix-xogħol jinqasam f’żewġ partijiet biex jidhru iktar mil-qrib id-differenzi u l-limiti li jitfgħu lill-mara bħala vittma tassoċjetà maskilista u l-ġlieda tagħha biex tidher b’saħħitha.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8893
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL006.pdf
  Restricted Access
931.87 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.