Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/9140
Title: Is-sengha tal-kurdar : studju lessikali dwar il-hdim tal-habel
Authors: De Gabriele, Reuben
Keywords: Rope industry -- Malta
Linguistic analysis (Linguistics)
Maltese language -- Lexicology
Issue Date: 2013
Abstract: Bosta snajja’ li eżistew għexieren ta’ snin ilu, u li kienu jgawdu ċerta fama, illum il- ġurnata ntilfu jew jinsabu fir-riskju li jgħibu; nispiċċaw biex kulma nsiru nafu fuqhom ikun permezz tal-kotba kulturali u folkloristiċi. It-teknoloġija taħti fl-għejbien tas-snajja’. (Appendiċi 4, FILMATI, How It’s Made – Rope) Il-magni qed jieħdu post il-bnedmin għax dawk li jħaddmu jridu jmexxu l-kumpanija tagħhom ’il quddiem bl-inqas spejjeż u ħin possibbli, filwaqt li jżidu l-prodotti, u b’riżultat ta’ dan jagħmlu żieda fil-bejgħ u l-profitti. Id-dinja mgħaġġla tal-lum ftit li xejn tagħti kas ir-relazzjoni kwalità-prezz. L-għoli tal-ħajja wkoll jagħti kontribut biex din ir-relazzjoni ma tingħatax l-importanza li jistħoqqilha hekk kif il-konsumatur jipprova jixtri l-prodott li jixtieq b-linqas prezz possibbli. Ix-xogħol maħdum bl-idejn, ladarba dan kien jieħu aktar ħin u attenzjoni biex jitwettaq, spiċċa ħafna ogħla mill-produzzjoni tal-massa; kwalità eċċellenti ma tistax tinxtara bi prezz fqir. Iżda, jekk għal bosta snajja’ l-konverżjoni minn xogħol bl-idejn għal xogħol bil-magni huwa progress, dan ma jistax jiġi applikat għal kull sengħa li teżisti fuq din il-blata f’nofs il-Mediterran. Is-sengħa tal-kurdar hija waħda minn dawk is-snajja’ li ma tistax tissagrifika x-xogħol tal-idejn għax-xogħol tal-magni. Huwa veru li l-ħabel ser ikun maħdum aħjar u isbaħ estetikament, iżda min qed iħaddem il-magni jaf x’inhu jsir fil-proċess tal-ħdim tal-ħabel? Huwa faċli li jkollok xi ħadd li jaħdem f’fabbrika ta’ din ixxorta li kapaċi jħaddem il-magni iżda ma jkunx jaf x’qed jaħdmu dawn il-magni. Fiż- żmien, kienu jkunu għaxar irdieden għaddejjin minn kmieni filgħodu sa tard filgħaxija tul sena sħiħa jobormu bla waqfien. Illum il-ġurnata z-ziju jekk jagħmel xahrejn għaddej minn filgħodu sa nofsinhar! Minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi naturali li nsibu f’pajjiżna, dak il-ftit materjal imkabbar hawn Malta biex isiru l-ħbula ma kienx tal-aqwa kwalità, u minħabba f’hekk kien jispiċċa jiġi importat mill-pajjiżi l-aktar magħrufa biex jagħmlu dan. Minħabba l-użu kbir fi żmien il-Kavallieri, il-kurdara kienu jipprattikaw is-sengħa tagħhom l-iktar maddawra tal-port sabiex jaqdu l-maġġorparti tal-klijentela li l-aktar tfittixhom. Kif ser jissemma fil-proċess tal-ħdim, ħabel trid tfasslu ħafna itwal biex tieħu lura l-prodott finali bit-tul mixtieq. Il-kwantitajiet li kellhom jinħolqu għall-bċejjeċ tal-baħar kienu kbar u twal u ma setax ikun li dan isir fuq spazju relattivament żgħir. Għalhekk kienu joħorġu l-għodda fit-toroq mas-sebħ, li dak iż-żmien kienu jkunu relattivament kwieti u vojta, jagħmlu l-jum kollu jobormu sal-għasar u jdaħħlu kollox lura f’postu. Il-materjal u l-għamla ħafna drabi jagħmlu l-kwalità ta’ ħabel. Iżda mbagħad, għalkemm il-fatturi direttament relatati mal-proċess tal-ħabel ikunu eċċellenti, xi ngħidu fuq dawk il-fatturi relatati indirettament mal-prodott? Qed nirreferi għal min qed jaħdem il-ħabel, fejn qed jaħdem il-ħabel, l-għodda li qiegħda tintuża biex jinħadem il-ħabel, il-kwalità tal-materjal tal-għodda li qiegħda tintuża biex jinħadem il- ħabel, is-saħħa użata biex jinżamm stirat il-ħabel, in-numru ta’ dawrien neċessarju biex jinħadem il-ħabel, spejjeż involuti biex jinħadem il-ħabel, u ħafna u ħafna raġunijiet oħra. Dan l-argument ftit li xejn qiegħed jiġi kkunsidrat u fi żmien ġenerazzjoni jew tnejn, sengħa oħra ser tgħib. Jekk m’intix kapaċi ssuq, inutli jkollok karozza bl-akbar veloċità fid-dinja!
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/9140
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL010.pdf
  Restricted Access
12.52 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.