Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100118| Title: | L-innijiet reliġjużi Maltin : It-temi u l-lirika tagħhom |
| Authors: | Abela, Sara (2022) |
| Keywords: | Hymns, Maltese Catholic Church -- Hymns Maltese language -- Versification |
| Issue Date: | 2022 |
| Citation: | Abela, S. (2022). L-innijiet reliġjużi Maltin: it-temi u l-lirika tagħhom (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | Billi ħassejt li dan il-ġeneru letterarju ftit li xejn ġie ttrattat f’taħriġ akkademiku, xtaqt illi nimla dan il-vojt b’din ir-riċerka dwar l-innijiet reliġjużi Maltin u t-temi u l-lirika tagħom. Għaldaqstant, ikun għajb kbir għalina l-Maltin li dan il-wirt storiku, reliġjuż u letterarju jintilef kif ġieb u laħaq. F’din it-teżina, se niddiskuti: (i) l-aspett storiku u kulturali tal-innu reliġjuż mill-oriġini tiegħu sa f’Malta llum; (ii) id-deċiżjoni tiegħi li qassamt l-innu reliġjuż fi tliet kategoriji prinċipali (l-innu liturġiku, l-innu ċelebrattiv, u l-innu soċjali bi sfond reliġjuż); u (iii) it-temi u l-lirika ta’ innijiet rappreżentattivi li għażilt wara li kkonsultajt mill-ġabra estensiva li għamilt ta’ innijiet (ara Appendiċi F). Minħabba li l-lista kienet twila, ħadt id-deċiżjoni li niffoka biss fuq l-innijiet li jikkonsistu minn lirika oriġinali u mhux minn addattamenti jew traduzzjonijiet. Essenzjalment, innu reliġjuż huwa għodda f’id il-bniedem biex jikkomunika ma’ xi entità ogħla minnu. Fl-għaxar ktieb tar-Repubblika, Platun jistqarr li, filwaqt li jwarrab il-poeżija, “l-uniku tip ta’ poeżija li nippermettu fil-Belt tagħna huwa l-innijiet ad unur l-allat, u l-Għanjiet tar-Rebħa, ad unur min ikun għex ħajja tajba jaqdi dmiru,” (607a). Bremer, influwenzat mill-ktieb tal-Liġijiet ta’ Platun, jiddefinixxi l-innu bħala “talba kantata” u jkompli jespandi fuq is-suġġett billi jgħid li “A hymn is a sung prayer. Prayer is the more general concept, and singing does not necessarily belong to it,” (kif ikkwotat minn Van Den Berg). Interessanti li, skont Ariana Phillips f’Exaltation of the Rational, Santu Wistin, filosfu li kien ukoll influwenzat minn Platun, kien tal-fehma li l-kant, meta jkun aktar allegru mill-verità li jesprimi, huwa ħażin. Phillips tikkonkludi li, għall-qaddis, it-tifsira tal-lirika hija aktar important mill-emozzjonijiet li tqanqal. Min-naħa l-oħra, Santu Wistin jgħid ukoll li l-kliem għandu qawwa akbar meta jkun akkompanjat mill-mużika, u meta wieħed ma jkunx jiflaħ ikellem lil Alla fit-talb tiegħu jista’ saħansitra jkanta melodija mingħajr il-kliem biex jistqarr l-emozzjonijiet tiegħu. Il- Katekiżmu tal-Knisja Kattolika (KKK) iqis lil Santu Wistin bħala wieħed li kien iħeġġeġ il-kant, tant li jikkwota t-tlissina popolari tiegħu, “Min ikanta jkun jitlob darbtejn,” (oriġinarjament miktuba f’Enarratio in Psalmos, 72, 1, imma kkwotajtha mill-KKK 842). Mill-banda l-oħra, David Whitwell jistqarr li San Tumas t’Akwinu, influwenzat minn Aristotli, ftit li xejn ittratta s-suġġett tal-mużika, u kważi kważi nistgħu ngħidu li dan għamlu apposta biex ma jħeġġiġhiex. Dan jidher ukoll fil-fehmiet li esprima dwar il-mużika sagra, jiġifieri: (i) li aħjar tqanqal devozzjoni bit-tagħlim u l-priedki milli bil-kant; (ii) li Ġeremija ma kienx iwarrab il-mużika għalkollox, imma wieħed m’għandux jużaha biex jiftaħar bih innifsu jew jipprovoka l-pjaċir; (iii) li l-istrumenti ferrieħa iktar għandhom ċans iwasslu għall-pjaċir milli għal dispożizzjoni tajba; u (iv) li r-ruħ għandha t-tendenza li tiġi aljenata mit-tifsira tal-lirika meta titkanta sempliċiment biex tagħti gost. [...] |
| Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100118 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2022 Dissertations - FacArtMal - 2022 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 22BAMAL001.pdf Restricted Access | 2.38 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
