Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100126
Title: | Il-partijiet tal-ġisem fil-qawl Malti |
Authors: | Farrugia Camilleri, Nicole (2022) |
Keywords: | Proverbs, Maltese Human body -- Terminology |
Issue Date: | 2022 |
Citation: | Farrugia Camilleri, N. (2022). Il-partijiet tal-ġisem fil-qawl Malti (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Din it-teżina tittratta l-qwiel użati fil-lingwa Maltija, b’referenza partikolari għal dawk li jirreferu għall-partijiet varji tal-ġisem uman. L-istudju se janalizza kemm ir-referenzi korporali letterali kif ukoll dawk li jagħmlu referenza metaforika. Għal dan il-għan, ġew ikkonsultati il-volum ta’ proverbji miġburin minn J.S.Manduca, b’tifsir minn Ġorġ Mifsud, Il-'Qawl Iqul', u d-dizzjunarju ‘A Comparative Dictionary of Maltese Proverbs’ ta’ Joseph Aquilina. L-istudju jiġbor ’il fuq minn elf qawl li b’xi mod jew ieħor jagħmlu referenza lejn ilġisem uman. It-teżina hija mqassma skont il-partijiet differenti u l-qwiel jiġu interpretati wkoll skont studji dwar il-ġisem biex b’hekk tinħoloq stampa kulturali wiesgħa tal-fenomenu tal-qawl. Minn din ir-riċerka jirriżulta li mhux il-partijiet kollha tal-ġisem huma ttrattati l-istess mill-qwiel Maltin: uħud, bħall-għajnejn u r-ras jispikkaw ħafna aktar minn partijiet oħrajn, jew saħansitra ċerti organi, pereżempju l-organi sesswali, huma mwarrba għal kollox. |
Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100126 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2022 Dissertations - FacArtMal - 2022 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
22BAMAL010.pdf Restricted Access | 1.98 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.