Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100128
Title: “Stajna għażilna l-kapriċċ tal-imħabba” : il-poeżija soċjopolitika ta’ Adrian Grima
Authors: Demarco, Mattea (2022)
Keywords: Grima, Adrian, 1968-. Trumbettier -- Criticism and interpretation
Grima, Adrian, 1968-. Rakkmu -- Criticism and interpretation
Grima, Adrian, 1968-. Klin u kapriċċi oħra -- Criticism and interpretation
Maltese poetry -- 20th century
Maltese poetry -- 21st century
Political poetry
Society in literature
Issue Date: 2022
Citation: Demarco, M. (2022). “Stajna għażilna l-kapriċċ tal-imħabba”: il-poeżija soċjopolitika ta’ Adrian Grima (Bachelor's dissertation).
Abstract: Dan l-istudju jittratta l-poeżiji soċjopolitiċi ta’ Adrian Grima fit-tliet ġabriet ta’ poeżija tiegħu, ‘It-Trumbettier’, ‘Rakkmu’, u ‘Klin u Kapriċċi Oħra’. L-interess ewlieni tat-teżina huwa li jagħraf lil Grima bħala poeta intellettwali b’impenn li jindirizza lil Malta kontemporanja. Għaldaqstant, l-istudju se jiffoka fuq dawk il-poeżiji li bihom Grima jidentifika l-kwistjonijiet l-aktar politiċi (u ċentrali) ta’ pajjiżu jiġifieri, l-ambjent, ir-razziżmu, l-iżbilanċ ekonomiku, il-partiġjaniżmu u l-identità nazzjonali. Bl-użu tat-teorija Marxista u tal-ekokritika, din it-teżina se tinkwadra l-poeżija ta’ Grima f’qafas storiku li introduċa fehmiet politiċi ġodda fost il-ħassieba u l-kittieba tal-avangwardja Maltija, appuntu l-lament tal-ambjent maqtul u s-soffokazzjoni; it-tħassib bl-ideoloġija leminija speċjalment fir-rigward tal-immigrazzjoni; l-eżawriment bilproblema apparentament perenni tal-iżbilanċ ekonomiku irrispettivament mit-tmexxija tal-pajjiż u l-filosofija neoliberali; id-diżappunt bil-wirt tat-tradizzjoni partiġjana; u r-rifjut tal-kunċett ta’ identità nazzjonali. L-istudju jikkomponi profil ta’ kittieb mhux biss b’tendenzi xellugin iżda b’attitudni kożmopolitana li jafu jpoġġuh f’kuntrast mal-istatus quo u maċ-ċittadinanza popolari.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100128
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2022
Dissertations - FacArtMal - 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
22BAMAL011.pdf
  Restricted Access
1.29 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.