Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100886| Title: | Storja ta' l-estetika letterarja Maltija |
| Authors: | Attard, Josette (2002) |
| Keywords: | Maltese literature -- History and criticism Literature -- Aesthetics Authors, Maltese |
| Issue Date: | 2002 |
| Citation: | Attard, J. (2002). Storja ta' l-estetika letterarja Maltija (Doctoral dissertation). |
| Abstract: | Mudelli diversi ta' l-istorja ta' l-estetika x' aktarx jippreżentaw żewġ diffikultajiet ewlenin, waħda għandha x'taqsam ma' l-unita u l-oħra ma' l-unicita. Ta' l-ewwel twassal għat-tieni. L-unita trid titfittex fl-oġġetti qabel ma jinbidlu f'kontenut tal-binja storjografika. L-unita li kull storja tfittex li toħloq m'hijiex tal-fatti iżda l-mixja kontinwa li titfa' dawl fuq ipotesi storika u teoretika. Xhieda ta' dan huma d-diversi kitbiet ta' storja ta' l-estetika għax l-istorja ma tinkitibx darba biss iżda tibqa' tinkiteb kontinwament. B. Croce, bħala estetista ewlieni Taljan tal-bidu tas-seklu għoxrin, jistqarr li storja ta' l-estetika li hija fergħa filosofika, ma tistax titqies bħala storja ta' problema waħda li l-bniedem kellu jħabbat wiċċu magħha matul sekli sħaħ, iżda hi storja ta' għadd ta' problemi partikulari u dejjem ġodda u li bil-mod il-mod matul is-snin kienu solvuti jew ħadulhom posthom oħrajn ġodda. [...] |
| Description: | PH.D. MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100886 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 1999-2010 Dissertations - FacArtMal - 1964-2010 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| PH.D._Attard Josette_2002.pdf Restricted Access | 14.23 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
