Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101207
Title: Il-priedki bil-Malti ta' Ignazio Saverio Mifsud : edizzjoni kkumentata bi studju kritiku
Authors: Żammit Ciantar, Joe (2005)
Keywords: Mifsud, Ignazio Saverio, 1722-1773
Sermons, Malta
Issue Date: 2005
Citation: Żammit Ciantar, J. (2005). Il-priedki bil-Malti ta' Ignazio Saverio Mifsud : edizzjoni kkumentata bi studju kritiku (Doctoral dissertation).
Abstract: Ignazio Saverio Mifsud L-ewveI darba Ii sirt naf b 'Ignazio Saverio Mifsud (1722-1773) kien matuI is-sentejn kors 1962-64, fis-'St. Michael's Teachers' Training College', fil-Iezzjonijiet ta' Joe Zammit Mangion M.A., Ii ħajjarni nikteb studju dwar Mifsud u l-priedki bil-Malti tiegħu. Il-kontribuzzjoni tiegħi dakinhar kienet zgħira wisq; kont għamilt traskrizzjoni ta' l-ewwel priedka Ii ppreżenta fi knisja, u dwar il-Malti tagħha kont ikkummentajt bi ftit osservazzjonijiet lingwistiċi. Imma, minn dakinhar, l-interess fil-priedki ta' Mifsud kiber, u dwar tnejn mill-priedki tiegħu ippubblikajt żewġ studji. Ignazio Saverio Mifsud ħajtu u ħidmietu Ignazk Saverio Mifsud twieled il-Belt Valletta, nhar is-16 ta' Frar, 1722.3 Kien it-tieni minn ħamest itfal. Il-ġenituri kienu Giuseppe u Eugenia nee Chircop (Chircop). Kurju:l u stramb ħafna huwa l-fatt li filwaqt li fl-arblu tar-razza li hu stess pinġa aktar tard f'ħajtu - ghax kien diga akkwista I-lawrea ta' avukat5 - Dr. Ignazio Saverio Mifsud jaghti ismu u isem Caetano biss bħala aħwa u wlied dawn l-istess genituri. Meta temm il-kors fil-Gennasio Mifsud wera l-hajra ghas-sacerdozju. Imma Mifsud kien twieled xi ftit zopp, u meta ġie biex jibda l-istudji ghal dan is-sagrament kien permezz ta' talba ta' kummissjoni, innominata probabbilment apposta, magħmula minn erba' ġiżwiti Ii qabżet għalih, u eventwalment solviet is-sitwazzjoni favur xewqtu. Mifsud beda l-kors goal din il-vokazzjoni fil-Kulleġġ tal-ġiżwiiti, fil-Belt Valletta, fl-1734, jew fl-173 5, meta kellu 13-il sena. sakemm ordna sacerdot; dik tieghu bhala Konsultur ta' 1-Inkwizitur ghadha trid issir. 3 Din hija -ewwel darba Ii qieghed jingliata certu taglirif bijografiku dwar Ignazio Saverio Mifsud. Dan jinkludi d-dati tat-twelid u tal-mewt tiegħu. 4 Cf. BNM, MS. tal-Bib. 1, p. 99. 5 Cf. 'D(octo)r D(on) Ignazio Saverio Mifsud', BNM, MS. tal-Bib. I, p. 99 6 Cf. BNM, MS. tal-Bib. I, p. 99. 7 Dan seta' gara Iejn l-aħħar tas-sena 1734. Minħabba Ii Mifsud ħa t-tonsura fi Frar tas-sena ta' wara nistgħu ::1]fbnu Ii dakinhar kien diga lia d-dispensa biex ik:unjista' jibda 1-istudju glias-sacerdozju. 8 Cf. BNM, MS. tal-Bib. I, p. 603. Nhar is-6 ta' Frar, 1735, Mifsud ħa t-tonsura u sar kjeriku;9 b'hekk seta' jgawdi 1- privileġġi li dan l-istat kien jippermettilu. Fis-17 ta' Marzu, 1736, Mifsud ha l-erba' ordni minuri. Fl-1738, beda jistudja t-teologija. 10 Skond ir-regolamenti tal-Knisja tal-lum Mifsud ma setax jipprezenta priedki lill-fidili fi knejjes barra mis-Seminarju qabel ma jkun djaknu. Fil-fatt, imma, nhar it-8 ta' Diċembru 1739, festa ta' l-Immakulata Kunċizzjoni, Mifsud ipprenta l-ewwel paniġierku tiegħu, lill-kongregazzjoni miġbura ghall-okkaoni fil-knisja zgħira ddedikata lill-Immakulata Kunċizzjoni, fl-Imsida, 11 meta kien ghadu kjeriku. Nhar 1-4 ta' Ottubru, 1740, Mifsud ipprezenta panigierku bit-Taljan f gieh San Franġisk t' Assisi, fil-knisja tal-Patrijiet Minuri Konventwali ta' San Franġisk, fil-Belt. Preżenti għal dan il-paniġierku kien hemm ukoll il-Gran Mastro Fra D. Raimondo Despuig u l-membri kollha tal-Kunsill ta' l-istess Ordni ta' San Gwann. 12 Dakinhar stess, fl-istess knisja, fit3.00 ta' wara nofsinhar, Mifsud ipprezenta paniġierku ieħor, din id-darba bil-Malti, mill-ġdid f ġieħ San Franġisk t' Assisi, quddiem kongregazzjoni kbira ta' rġiel u nisa. 13 Fl-1 ta' Jannar, 1740, Mifsud beda jżomm djarju sive 'Annali, ovvero casi occorsi giomalmente incominciati dal 1° Gennaro nell' Anno di n(ost)ra salute 1740. Notati dal Chierico Ignazio Saverio Mifsud Maltese Nell'Inclita Isola di Malta, 1740' . 14 Dan temmu fil-15 ta' Ġunju, tas-sena ta' wara. Matul 1-1741, Mifsud kiteb ħmistax-il priedka; minnhom ippreżenta disgha f'novena lil Sant' Anna u żewġ priedki oħra, fil-knisja tal-Kastell Sant' Anglu, fil-Birgu, l-oħrajn 9 kjeriku: Biex raġel Iajk isir kejriku ried jieħu t-tonsura. Biha, bħala kjeriku, kien jgħaddi minn stat Iajkali għal wieħed klerikali. Bħala kjeriku, imbagħad, kien ikun meħlus mis-setgħa tal-Qrati Sekulari. Kjeriku kellu wkoll l-immunita; i.e. il-ħelsien mis-setgħa ta' l-istat (fil-kai ta' Malta, mis-setgħa ta' l-0rdni ta' San Ġwann). Fuq kollox, kjeriku seta' jgawdi mill-benefiċċji u s-setgħat ekklezjastiċi, u jiehu l-ordnijiet sagri. Cf. CAT. ENC. 1965, sub 'tonsure' u 'cleric'. Għalkemm kjeriku seta' jissokta bl-istudji ghas-saċerdozju, fis-seklu XVIII - jigifieri fi Żmien Ignazio Saverio Mifsud - ħafna kienu jsiru kjeriċi ħalli jkunu jistgħu jgawdu minn dawn il-privileġġi, biss. Dan l-istat ta' kjeriku biss ġie abolit bil-Kodiċi tad-Dritt Kanoniku (1917). Ilium, wieħed isir kjeriku meta jieħu l-ordni tad-Djakonat. Cf. 266 1, tal-Kodiċi tad-Dritt Kanoniku (1983). 10 Nhar it-8 ta' Diċembru, 1741, Mifsud jgħid Ii kien fit-tielet sena tal-kors tat-teoloġija. Cf. 'Essendo allor io Studente in Teologia di terz'Anno.' BNM, MS. tal-Bib. 48, p. 280. Mela l-kors fit-teoloġija kien bdieh fl1738, meta kellu 16-il sena. 11 Cf. BNM, MS. tal-Bib. 48, pp. 17-32. 12 Cf. 'D'Inanzi S(ua) Em(inen)za Fra D. Raimondo Despuig Principe di Malta, e Gozo, e tutto ii Ven(era)to Conseglio. Ad ore 9. di mattino inter Missarum Sollemnia.' BNM, MS. tal-Bib. 48, p. 49. 13 Cf. 'D'Inanzi una moltitudine di Domini, e Donne.' BNM, MS. tal-Bib. 48, p. 67. 14 Cf. BNM, MS. tal-Bib. 9, pp. 160-488.
Description: PH.D.HISTORY
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101207
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
PH.D._Zammit Ciantar_Joe_2005.pdf
  Restricted Access
39.68 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.