Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101244
Title: Strutturi narrativi fir-rumanz Malti
Authors: Buhagiar, Paul A. (2004)
Keywords: Maltese literature -- 20th century
Novelists
Malta -- Fiction
Issue Date: 2004
Citation: Buhagiar, P. A. (2004). Strutturi narrativi fir-rumanz Malti (Doctoral dissertation).
Abstract: B'kollox din it-teżi fiha sitt kapitli li l-ewwel erbgħa minnhom jiffokaw fuq għadd ta' rumanzi kull wieħed, filwaqt li l-aħħar żewg kapitli jiffokaw fuq rumanz partikolari kull wieħed, jigifieri Leli ta' Ħaż-Żgħir ta' Guże Ellul Mercer u Il-Gaġġa ta' Frans Sammut rispettivament. L-ewwel kapitlu, imlaqqam "il-Meladarba'', jiffoka fuq il-bidu ta' erba' rumanzi: Tejbilhom Ħajjithom ta' John Francis Marks, Taħt Tliet Saltniet ta' Guże Aquilina, Nirien ta' Mħabba ta' Guże Chetcuti u Samuraj ta' Frans Sammut. F'rumanzi ppubblikati oriġinarjament fi żminijiet ferm differenti minn xulxin, toħroġ it-tendenza li n-narraturi rispettivi jippruvaw jinnegozjaw ftehim partikolari mal-qarrej fil-paragrafi inizjali. In-narraturi jidhru jibnu fuq dak li l-qarrej ġab miegħu minn barra t-test imma fl-istess ħin tidher fihom ix-xewqa li jiffurmaw lill-qarrej fl-immaġini tagħhom. Xi narraturi fl-erba' rumanzi kkunsidrati jixtiequ b'mod ċar li kull qari ieħor isir fid-dawl ta' dak li qalu huma. Din ix-xewqa tidher żviluppata sewwa fit-tliet rumanzi diskussi fit-tieni kapitlu, jiġifieri Inez Farruġ ta' Anton Manwel Caruana, Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta' Juann Mamo u Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri ta' Oliver Friġġieri. Hawnhekk il-ħtieġa ta' l-awtur tat-test li jbiddel b'mod radikali l-enċiklopedija tal-qarrej reali tiegħu tidher fl-istruttura kollha tar-rumanzi. In-narratur jidher bħala leħen b'viżjoni u ħafna drabi hu wieħed mill-protagonisti tar-rumanz. [...]
Description: PH.D.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101244
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
PH.D._Buhagiar Paul A._2004.pdf
  Restricted Access
18.69 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.