Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101980
Title: Il-ġbir u l-analiżi tat-talb minn fomm l-Għawdxin
Authors: Azzopardi, Amy (2022)
Keywords: Oral tradition -- Malta -- Gozo
Catholic Church -- Prayers and devotions
Maltese language -- Versification
Maltese language -- Lexicology
Issue Date: 2022
Citation: Azzopardi, A. (2022). Il-ġbir u l-analiżi tat-talb minn fomm l-Għawdxin (Bachelor's dissertation).
Abstract: Kumment preliminari : Dan il-kapitlu jagħti ħarsa lejn l-għanijiet ta’ din it-teżi. Jiffoka wkoll fuq is-sorsi primarji u sekondarji li fuqhom huwa mibni dan l-istudju dwar it-talb orali li nġabar minn fomm l-Għawdxin li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ, u minn sorsi ta’ ġabbara ewlenin tatTradizzjoni Orali Maltija. Finalment, jitfa’ dawl fuq it-tqassim u l-għanijiet ewlenin tal-kapitli prinċipali ta’ din it-teżi. Il-Ġbir u l-Analiżi tat-Talb minn Fomm l-Għawdxin : Ix-xewqa li nikteb din it-teżi primarjament nibtet meta rrealizzajt kemm għadha lura r-riċerka dwar it-talb orali. Għażilt dan it-titlu partikolari għaliex f’dan l-istudju intervistajt parteċipanti Għawdxin biss, mhux neċessarjament għaliex ġbart talb orali Għawdxi li huwa differenti minn dak li jingħad f’Malta jew li saħansitra ma ssibux f’Malta, għaliex wara kollox dan mhuwiex studju komparattiv u b’hekk ma dħaltx f’dak id-dettall. F’dan l-istħarriġ wieħed għandu jistenna, fost l-oħrajn: studji varji (kemm lokali u anke barranin) rigward ittalb orali; intervisti ma’ parteċipanti Għawdxin li mingħandhom mhux biss ġbart it-talb li wirtu bil-fomm mingħand ta’ qabilhom, iżda anke aspetti oħra importanti ta’ kuntest li jgħinu fl-analiżi tal-istess talb. L-intervisti huma kollha miġburin permezz tar-rekordings li huma aċċessibbli ma’ dan l-istudju flimkien mat-traskrizzjonijiet tagħhom li kienu punt ta’ referiment għall-analiżi. L-għanijiet ta’ din ir-riċerka : L-għan primarju ta’ din it-teżi huwa li jinġabar talb orali minn fomm il-popolin u li jinxteħet iżjed dawl fuq dan il-qasam mit-tradizzjoni orali. Dan se jsir billi fost l-oħrajn, permezz tal-intervisti, ħa jkun magħruf x’talb partikolari jgħidu l-Għawdxin intervistati u kif dawn jikkategorizzawh, u anki jekk it-talb ivarjax minn parteċipant għal ieħor. Barra minn hekk, permezz ta’ dan l-istħarriġ, se jkunu wkoll magħrufa l-għamla u xi aspetti oħra li jispikkaw fit-talb orali. Is-sorsi analizzati : Il-parteċipanti intervistati għal dan l-istħarriġ kienu ta’ għajnuna kbira għalija f’din irriċerka għaliex huma servew ta’ xhieda ħajja għal dan il-qasam mit-tradizzjoni orali. Barra minn hekk, il-ġbir tat-talb minn fomm l-Għawdxin huwa wieħed mill-għanijiet ta’ din it-teżi u għalhekk il-parteċipanti servew ta’ sorsi primarji biex jinġabar it-talb orali u l-kuntest dwaru. Minbarra dawn l-informanti, għall-istudju tiegħi kienu utli wkoll diversi xogħlijiet lokali u barranin. Xi eżempji ta’ xogħlijiet lokali li użajt għal din ir-riċerka huma, ngħidu aħna, dawk miktubin mir-riċerkaturi ewlenin tat-Tradizzjoni Orali, bħal Ġużè Cassar Pullicino u Anton F. Attard. Dawn kienu ta’ għajnuna għalija f’din ir-riċerka għaliex fost l-oħrajn wessgħuli lgħarfien li kelli fuq it-talb orali u anke nebbħuni b’xi mistoqsijiet li stajt nistaqsi waqt lintervisti. Barra minn hekk, l-eżempji varji ta’ talb orali li huma stess ġabru u li inkludewh flistess xogħlijiet tagħhom ukoll servew ta’ punt ta’ referiment meta ġejt biex nanalizza t-talb orali li ġbart mill-informanti Għawdxin. Bis-saħħa ta’ dawn is-sorsi, f’xi każijiet, stajt inqabbel l-eżempji miġburin minni mat-talb li ġabru dawn l-istudjużi minħabba li fil-forma jew flaspetti tagħhom kienu jixxiebhu. L-ewwel volum ta’ Il-Folklor Malti ta’ Mifsud-Chircop għenni fost l-oħrajn għas-simboli li użajt fit-traskrizzjonijiet tal-intervisti minħabba li ħafna minnhom kienu meħudin mill-istess xogħol u f’xi każijiet adattajthom skont il-bżonnijiet ta’ din it-teżi. Sorsi sekondarji barranin li wkoll kienu ta’ għajnuna għalija f’din ir-riċerka jinkludu, ngħidu aħna, l-artiklu “Qualitative vs Quantitative Research” ta’ Sharique Ahmad li għenni niddeċiedi liema metodu tar-riċerka jgħodd l-iżjed għal dan l-istudju. Anki l-artiklu ta’ Jawad Awan et al. bl-isem ta’ “Interview: A Research Instrument For Social Science Researchers” kien ta’ benefiċċju għalija f’din ir-riċerka għaliex il-karatteristiċi li jagħtu ta’ intervistatur tajjeb ħejjewni sew għall-intervisti mal-parteċipanti, u b’hekk stajt niġbor materjal utli mingħandhom. [...]
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101980
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2022
Dissertations - FacArtMal - 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
22BAMAL003 (1).pdf
  Restricted Access
2.29 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
1. Mariella Azzopardi.m4a
  Restricted Access
4.46 MBUnknownView/Open Request a copy
2. Sione Grima.m4a
  Restricted Access
1.95 MBUnknownView/Open Request a copy
4. Anna-Marie Mifsud.m4a
  Restricted Access
3.04 MBUnknownView/Open Request a copy
5. Rina Calleja.m4a
  Restricted Access
7.69 MBUnknownView/Open Request a copy
7. Noella Galea.m4a
  Restricted Access
2.72 MBUnknownView/Open Request a copy
9. Ġorġ Mercieca.m4a
  Restricted Access
1.97 MBUnknownView/Open Request a copy
10. Catriona Xiberras.m4a
  Restricted Access
2.07 MBUnknownView/Open Request a copy
12. Salvina Xiberras.m4a
  Restricted Access
2.95 MBUnknownView/Open Request a copy
14. Mary Cauchi.m4a
  Restricted Access
2.4 MBUnknownView/Open Request a copy
15. Carmen Debrincat.m4a
  Restricted Access
5.16 MBUnknownView/Open Request a copy
16. Francis Cauchi.m4a
  Restricted Access
5.41 MBUnknownView/Open Request a copy
18. Fabio Cini.m4a
  Restricted Access
4.36 MBUnknownView/Open Request a copy
20. Sergio Cini.m4a
  Restricted Access
4.39 MBUnknownView/Open Request a copy
22. Frankie Grech.m4a
  Restricted Access
2.16 MBUnknownView/Open Request a copy
23. Josette Grech.m4a
  Restricted Access
2.28 MBUnknownView/Open Request a copy
24. Dun Daniel Grech.m4a
  Restricted Access
4.39 MBUnknownView/Open Request a copy
25. Monsinjur Rosario Borg.m4a
  Restricted Access
6.36 MBUnknownView/Open Request a copy
27. Jonathan Farrugia.m4a
  Restricted Access
1.17 MBUnknownView/Open Request a copy
28. Ġuża Spiteri (2).m4a
  Restricted Access
282 kBUnknownView/Open Request a copy
28. Ġuża Spiteri (3).m4a
  Restricted Access
343.97 kBUnknownView/Open Request a copy
29. Rose Portelli (2).m4a
  Restricted Access
257.95 kBUnknownView/Open Request a copy
30. Franklin Micallef.m4a
  Restricted Access
4.54 MBUnknownView/Open Request a copy
32. Micheline Micallef.m4a
  Restricted Access
3.55 MBUnknownView/Open Request a copy
33. Antoinette Vella.m4a
  Restricted Access
3.52 MBUnknownView/Open Request a copy
34. Emma Micallef.m4a
  Restricted Access
2.85 MBUnknownView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.