Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/103621
Title: L-akkużi ta' anti-Semitiżmu u anti-Ġudaiżmu fil-kitbiet tat-Testment il-Ġdid
Authors: Micallef, Martin
Keywords: Bible -- Criticism, interpretation, etc. -- History
Christianity and antisemitism
Issue Date: 2012
Publisher: Pubblikazzjonijiet Dumnikani
Citation: Micallef, M. (2012). L-akkużi ta' anti-Semitiżmu u anti-Ġudaiżmu fil-kitbiet tat-Testment il-Ġdid. KNISJA 2000, 101, 13-24.
Abstract: Is-Shoah, il-qtil organizzat mill-istat ta' madwar sitt miljun Lhudi fI-Ewropa, mibni fuq ideoloġija razzjali primittiva, wassal biex il-Knisja terġa tqis ir-relazzjoni tagħha mal-poplu Lhudi. Dan seħħ b'mod deċiżiv bid-dikjarazzjoni tal-Konċilju Vatikan II, Nostra Aetate, li mhux biss tirrikonoxxi l-għeruq u l-wirt Lhudi tal-Kristjaneżmu filwaqt li tikundanna l-antisemitiżmu, imma wkoll qalbet ta' taħt fuq dak li l-Knisja għallmet għal kważi żewġ millennji sħaħ, jiġifieri, l-akkuża li poplu l-Lhud li qatlu lil Kristu Ġesu. Din l-akkuża kienet element qawwi flr-rivalita ta' bejn l-insara u s-sinagoga, proċess kompless li finalment wassal għas-separazjoni taż-żewġ reliġjonijiet. L-allegat responsabbilita Lhudija għall-kruċifissjoni ta' Ġesu ma kinetx xi haġa limitata għall-kontenut tal-Evanġelji kanoniċi, iżda saret ukoll parti mil-letteratura Apokrafa. Fil-Knisja tal-bidu żviluppat letteratura vasta li aktar tard ġiet kategorizzata bħala Adversus ludaeos (kontra l-Lhud) li kompliet rewħet attakki ħorox kontra l-Lhud minħabba din l-istess akkuża. Ħadd ma jista' jiċħad li l-anti-Ġudaiżmu daħal jagħmel parti mill-interpretazzjoni tat-Testment il-Ġdid, iżda hemm pożizzjonijiet differenti fost l-istudjużi tal-Iskrittura kemm tassew din il-ħaġa nibtet mill-kitbiet tat-Testment il-Ġdid
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/103621
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheSC

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L_akkużi_ta_anti_semitiżmu_u_anti_gudaiżmu_fil_kitbiet_tat_testment_il_gdid.pdf370.46 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.