Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/107255
Title: San Ċirillu minn Lixandra u l-argumenti kristoloġiċi fil-kummentarju tiegħu fuq l-Evanġelju skont San Ġwann
Authors: Micallef, Martin
Keywords: Christianity
Cyril, Saint, Patriarch of Alexandria, approximately 370-444
Bible. John -- Criticism, interpretation, etc.
Issue Date: 2019
Publisher: Pubblikazzjonijiet Dumnikani
Citation: Micallef, M. (2019). San Ċirillu minn Lixandra u l-argumenti kristoloġiċi fil-kummentarju tiegħu fuq l-Evanġelju skont San Ġwann. KNISJA 2000, 129, 49-60.
Abstract: L-ewwel ħames sekli tal-Kristjaneżmu kienu mmarkati minn kwistjonijiet Teoloġiċi u Kristoloġiċi qawwija. James D. Dunn fil-ktieb tiegħu ‘Christology in the Making’ jikteb li l-istorja tal-kontroversja Kristoloġika, fil-veru sens tal-kelma hija l-istorja ta’ kif il-Knisja kellha tifhem il-Kristoloġija tal-Evanġelju skont San Ġwann, l-ewwel billi taċċettaha u mbagħad billi tifhimha u terġa’ tesprimiha. Ċirillu minn Lixandra kien figura ewlenija f’dawn il-kwistjonijiet u l-kontribut tiegħu ħalla marka fuq it-tagħlim tal-Knisja. Għalih it-teoloġija kienet tissarraf fl-interpretazzjoni tal-Iskrittura b’mod li ma kienx jiddistingwi bejn it-teoloġija u l-interpretazzjoni biblika. Dan jidher b’mod speċjali fil-kummentarju tiegħu fuq l-Evanġelju skont San Ġwann li għal ħafna żmien kien meqjus bħala wieħed mill-aħjar xogħlijiet fl-interpretazzjoni biblika. F’dan l-artiklu se nipppreżentaw xi wħud mill-ideat Kristoloġiċi ewlenin ta’ San Ċirillu kif murija minnu stess fil-kummentarju tiegħu fuq San Ġwann. Dan l-eżerċizzju jrid iwassalna biex nifhmu fejn ried jasal Ċirillu minn Lixandra bil-mod kif kien qed jaqra dan l-Evanġelju. Aktar minn hekk, dan l-eżerċizzju jrid idawwalna fuq jekk hemmx kontinwità ta’ ħsieb bejn dak li naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann u dak li naqraw fil-kummentarju fuq dan l-Evanġelju miktub minn dan id-Duttur tal-Knisja.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/107255
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheSC

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
San_Ċirillu_minn_Lixandra.pdf226.14 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.