Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109961| Title: | Ġwanni ta' San Sansun : Il-veru spirtu tal-Karmelu |
| Authors: | Attard, Glen |
| Keywords: | John of Saint Samson, 1571-1636 Spiritual life -- Catholic Church Love -- Religious aspects -- Catholic Church |
| Issue Date: | 2019 |
| Publisher: | Carmelite Fathers |
| Citation: | Attard, G. (2019). Ġwanni ta' San Sansun : Il-Veru Spirtu tal-Karmelu. Il-Karmelu, 84(4), 20-21 |
| Abstract: | Meta wieħed jiġi biex jaqbad f'idejh il-kitbiet ta' fra Ġwann ta' San Sansun żgur li mill-ewwel jintebaħ bil-profondità ta' dan il-mistiku Karmelitan. Il-kitbiet tiegħu mhumiex ftit, b'kollox il-manuskritti tiegħu jgħoddu mal-erbat elef paġna. Imma minkejja l-ammont daqs tant kbir ta' kitbiet, nistgħu ngħidu li mill-figuri l-kbar talispiritwalità Karmelitana, fra Ġwann forsi huwa l-inqas magħruf, saħansitra fl-Ordni Karmelitan innifsu. Ir-raġunijiet huma diversi. L-ewwel u qabel kollox, l-istorja mqallba tal-Ordni Karmelitan fi Franza matul dawn l-aħħar tliet sekli ma ħallewx wisq spazju għall-possibbiltà li jikber u jinfirex l-għarfien ta' dan il-mistiku. It-tieni, bħal kitbiet ta' Santa Marija Maddalena de' Pazzi, il-kitbiet ta' fra Ġwann, minħabba li kien agħmi, huma traskrizzjonijiet li n-novizzi kienu jagħmlu waqt li dan kien ikellimhom. Minħabba f'hekk, il-kitba, apparti li hi bi Franċiż antik, hija djalogali u diffiċli biex tara fiha xi ħjiel ta' ordni jew ħsieb magħqud. Madanakollu, il-ġmiel u l-profondità tat-testi żgur li jagħmlu tajjeb għal dawn id-diffikultajiet. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109961 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheMT |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il_Veru_Spirtu_tal_Karmelu.pdf | 699.01 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
