Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110593| Title: | Kostituzzjoni bla klawsoli - l-ilsien sigriet fil-lirika ta’ Friggieri |
| Other Titles: | Il-poter tal-kelma - politika u letteratura f'Oliver Friggieri |
| Authors: | Micallef, Bernard |
| Keywords: | Friggieri, Oliver, 1947-2020 -- Criticism and interpretation Maltese literature -- 20th century Maltese language Constitutions -- Malta Law in literature |
| Issue Date: | 2022 |
| Publisher: | Il-Parlament ta' Malta |
| Citation: | Micallef, B. (2022). Kostituzzjoni bla Klawsoli - l-Ilsien Sigriet fil-Lirika ta' Friggieri. In M. T. Vassallo & M. Spagnol (Eds.), Il-Poter tal-Kelma - Politika u Letteratura f'Oliver Friggieri (pp. 61-77). Malta: Il-Parlament ta' Malta. |
| Abstract: | F il-poeżija "L-Akbar Mass Meeting" Friggieri jsejjaħ lil Kristu mexxej “Diż-Onorevoli” li naqqax fina l-akbar kostituzzjoni, liġi mwaqqfa “bla klawsoli u tiġbid, bla diskussjoni.” F’kuntrast mal-manifesti politiċi li jaspiraw għal rebħa, l-akbar folla ssegwi lil Kristu – id-“dittatur ħanin” u tellief – b’“kuxjenza li tkun sabet qabel fittxet,” istituzzjoni li ma tistax tqarraq għax mhix magħmula mill-“kliem tal-okkażjoni” iżda minn rakkonti umiljanti fl-uċuħ muti jsegwu lid-Duluri. Ix-xettiċiżmu ta’ Friggieri fil-kelma pubblika, miktuba jew mitħaddta, ma jaħfirhiex lid-diskors poetiku nnifsu. Fil-poeżija "Mulej," jilmenta li ma jafx kif is-sentiment “se naqbad b’fommi nroddu sħiħ u safi / […] għani fil-kelma / kif trabba l-ewwel ġewwa qalbi siekta,” bl-implikazzjoni li s-sentiment jitlef is-sħuħija tiegħu malli jitlaq il-ħemda tal-qalb fejn trabba, bħalma l-kostituzzjoni titlef l-att kostituttiv tagħha fil-kuxjenza malli tiġi artikulata verbalment. Fattur ieħor li jaggrava dil-problematika tax-xandir jew il-pubblikazzjoni tal-kelma huwa l-eżawriment tal-enerġija espressiva, bħalma tixhed il-poeżija "Fl-Oċean t’Għajnejk," fejn “[i]l-pendlu żorr [li] dalwaqt jinħela u jieqaf” jikkorrispondi mal-“pinna [li] dalwaqt taqa’ fuq il-karta,” f’rassenjazzjoni inartikulata li teliċita t-talba, “Mulejja, / nebbaħni int is-salm li għandi nikteb.” Anki forom oħra ta’ arti, bħall-mużika, jiġu apprezzati minn Friggieri skont id-delikatezza kważi muta u evanexxenti tagħhom, kif jindika l-enkomju "Fuq il-Qabar ta’ Chopin – Fiċ-ċimiterju ta’ Père Lachaise," Pariġi, fejn tingħata tislima lill-kompożitur meqjus bħala “l-vuċi ta’ kull mutu,” bħallikieku l-bravura tiegħu hija l-kompożizzjoni tasskiet. Jekk l-arti mużikali ta’ Chopin tesprimi ħsus li ma setgħux jitleħħnu, tirriproduċi s-sentimenti u l-muta (verbali) flimkien, mhux is-sentimenti biss. [Silta] |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110593 |
| Appears in Collections: | Il-poter tal-kelma : politika u letteratura f'Oliver Friggieri, 2022 Scholarly Works - FacArtMal |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Kostituzzjoni_bla_klawsoli-l-ilsien_sigriet_fil-lirika_ta_Friggieri_2022.pdf Restricted Access | 253.42 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
