Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112720| Title: | In-Nisa f’Ħal Luqa Matul il-Perjodu tal-Ordni (1530-1798) |
| Authors: | Cassar, Mario |
| Keywords: | Luqa (Malta) -- History -- Knights of Malta, 1530-1798 Luqa (Malta) -- Population -- History Women -- Malta -- History Marriage -- Malta -- Luqa -- History Dowry -- Malta -- Luqa -- History Council of Trent (1545-1563 : Trento, Italy) |
| Issue Date: | 2022 |
| Publisher: | Luqa : Għaqda Mużikali Sant’Andrija |
| Citation: | Cassar, M. (2022). In-Nisa f’Ħal Luqa Matul il-Perjodu tal-Ordni (1530-1798). Festa titulari Sant’Andrija 2022 [Luqa], p. 139–147 |
| Abstract: | Il-każijiet imsemmija f'dan l-artiklu huma kollha ddokumenti fl-arkivji, u l-parti l-kbira minnhom ġew traskritti minn Dun Ġużepp Micallef fil-ktieb imprezzabbli tiegħu, Ħal Luqa: Niesha u Ġrajjietha (1975). Imbagħad, id-deskrizzjoni tal-qagħda ġenerali tal-mara u l-isfond soċjokulturali ta' matul l-epoka tal-Kavallieri huma msejsa primarjament fuq ix-xogħol daqstant ieħor eċċellenti tal-Prof. Cannel Cassar, Daughters of Eve (2002). Xogħli kien li ninkwadra r-rakkonti pprovduti minn Micallef fil-qafas teoretiku ta' Cassar. Għaldaqstant dan hu bażikament xogħol ta' sintesi; il-qofol tal-materjal jistrieħ fuq xogħol imwettaq qabli minn ħaddieħor, imma n-nisġa tagħhom f'narrattiva koerenti hija kompletament tiegħi. L-istorja ħafna drabi nkitbet mill-irġiel u n-narrattiva tagħhom kellha, aktar iva milli le, protagonisti maskili u setgħana - slaten, nobbli, kavallieri, ġenerali, politiċi, u l-bqija. Kien bis-saħħa tal-istorja soċjali li bdejna nsiru midħla, ftit jew wisq, ta' nies ta' mingħajr awtorità u mezzi, nies komuni bla pretensjonijiet u influwenza - raħħala, ħaddiema, qaddejja, bejjiegħa, baħħara, u l-bqija. Kien għalhekk ukoll li fl-aħħar bdejna nsiru nafu xi ħaġa dwar l-esperjenzi ta' nisa ordinarji li għexu ħajja anonima, normalment fid-dell ta' żwieġhom - aktarx ħajja iebsa, kultant anki miżerabbli. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112720 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - JCMal |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| In_nisa_f_Ħal_Luqa_matul_il_perjodu_tal_Ordni.pdf | 342.12 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
