Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/116078| Title: | Dawn inkitbu biex intom temmnu : studji fuq l-Evanġelju u l-Ittri ta’ San Ġwann, u l-Apokalissi |
| Authors: | Micallef, Martin |
| Keywords: | Bible. John -- Criticism, interpretation, etc. John, the Apostle, Saint Bible. Revelation -- Criticism, interpretation, etc. Spiritual life -- Biblical teaching Covenant theology -- Biblical teaching |
| Issue Date: | 2023 |
| Publisher: | Kite Group |
| Citation: | Micallef, M. (2023). Dawn inkitbu biex intom temmnu : studji fuq l-Evanġelju u l-Ittri ta’ San Ġwann, u l-Apokalissi. Malta: Kite Group. |
| Abstract: | Ir-Raba’ Evanġelju jew kif inhu aktar magħruf, l-Evanġelju skont San Ġwann, minn dejjem kien jaffaxxinani. Kont għadni fl-istudji tat-Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, meta niftakarni nieħu b’serjetà kbira l-lezzjonijiet li kien ikollna dwar dan l-Evanġelju mogħtija lilna mill-mibki Rev. Dr Joseph Calleja OFMConv. Dan l-interess żdied aktar fija meta kienu waslu l-eżamijiet finali tat-Teoloġija u kont ippreparajt ruħi sewwa bi ktieb li għadu ħafna għal qalbi, miktub minn Ignace de la Pottierie, The Hour of Jesus: The Passion and the Resurrection of Jesus according to John (Slough: St Paul’s Publications, 1989). Fl-1994, jiġifieri ftit wara li spiċċajt l-eżamijiet tat-Teoloġija, kelli l-okkażjoni nieħu sehem f ’Simposju Internazzjonali li kien sar f ’Efesu fit-Turkija, il-post li tradizzjonalment huwa marbut mal-Evanġelista San Ġwann. Hemmhekk bla mistenni kelli x-xorti li niltaqa’ personalment ma’ de la Potterie, bħala wieħed mill-kelliema ta’ dan is-Simposju. Ftit wara, mill-1995 sal-1998, komplejt l-istudji tiegħi fl-Università ta’ Oxford. Hemmhekk kont residenti fil-Kulleġġ ta’ Greyfriars, immexxi mill-Patrijiet Kapuċċini Ingliżi, bħala parti mill-Università prestiġjuża ta’ din il-belt antika. F’dawn is-snin ta’ studju intensiv kelli l-grazzja napprofondixxi fit-testi bibliċi, b’mod speċjali, fit-Testment il-Ġdid, kif ukoll fl-interpretazzjoni biblika tal-Missirijiet tal-Knisja. Dan minħabba li t-teżi tiegħi kienet tikkonċerna t-tema tal-Ubbidjenza ta’ Kristu fl-Evanġelju skont San Ġwann kif imfissra fil-Kummentarju dwar dan l-Evanġelju miktub minn San Ċirillu ta’ Lixandra, b’konfront mal-presuppożizzjonijiet duttrinali li żviluppaw fil-Knisja fuq bażi tal-istess Evanġelju. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/116078 |
| ISBN: | 9789918231294 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheSC |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Dawn_inkitbu_biex_intom_temmnu.pdf Restricted Access | 3.17 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
