Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/117498
Title: Il-Missjunarju tal-Maltin : buzzett b’tifkira taċ-Ċentinarju Pawlin ta’ Dun Anton Xiberras
Authors: Pirotta, Manoel
Keywords: Xiberras, Anton, 1922-2006
Catholic Church -- Malta -- Clergy -- Biography
Missionaries -- Malta -- Biography
Missionaries in literature
Paul, the Apostle, Saint -- Drama
Publius, Saint, -approximately 112 -- Drama
Pauline Centenary Celebrations (1960 : Malta)
Issue Date: 2023
Publisher: Floriana : Parroċċa San Publju
Citation: Pirotta, M. (2023). Il-Missjunarju tal-Maltin : buzzett b’tifkira taċ-Ċentinarju Pawlin ta’ Dun Anton Xiberras. Ktieb tal-festa u storja Furjaniża [festa San Publju] 2023, p. 92-95
Abstract: Bħala qassis, Dun Anton Xiberras iddedika ħajtu għall-għajnuna lill-missjoni evanġelizzatriċi tal-Knisja fl-uffiċċju missjunarju u għall-ħidma pastorali fil-parroċċa ta’ San Ġiljan. Huwa kien ukoll poeta u prożatur prolifiku t’għexieren kbar ta’ xogħlijiet letterarji. Is-sena l-oħra ħabat il-100 anniversarju minn twelidu. Nhar il-11 ta’ Diċembru, il-Kunsill Lokali ta’ raħal twelidu ċċelebrah b’serata kommemorattiva f’Jum in-Naxxar fl-oratorju tan-Naxxar, fejn l-Orkestra ‘Prior Credidi’, taħt id-direzzjoni orkestrali tiegħi, daqqet xi innijiet soċjali u reliġjużi minn tiegħu u saru diskorsi dwar ħajtu u ħidmietu minn Pawlu Catania u Andrew Borg. Fl-istess serata ttella’ wkoll il-buzzett missjunarju ‘Ħolma Vera’ li huwa kien kiteb fl-1954 għall-festa tas-Santa Infanzja. Id-direzzjoni kienet f’idejn Tonio Vella u li fih ħadu sehem erbat itfal Naxxarin. Għall-istess okkażjoni, il-Kunsill tan-Naxxar ħareġ ukoll ktejjeb dwaru b’kitba tiegħi. Dun Anton kiteb ħafna buzzetti missjunarji, speċjalment għar-rivista Malta Missjunarja. Dawn dehru fil-paġna ddedikata lit-tfal taħt il-psewdonimu Ix-Xiħ Missjunarju. Uħud minnhom saħansitra xxandru fuq ir-Rediffusion bħala radjudrammi. Fost dawn insibu wieħed bl-isem ta’ ‘Il-Missjunarju tal-Maltin’, b’tifkira taċ-ċentinarju Pawlin li kien sar fl-1960. Fih, minbarra San Pawl u koppja Maltija, jieħu sehem ukoll San Publju. Kien għalhekk li jien ħassejt li dan il-buzzett missjunarju għandu jidher kelma b’kelma fil-ktieb tal-festa ta’ din is-sena. B’hekk ikun jista’ jitgawda, mhux biss mill-Furjaniżi, imma wkoll minn dawk il-Maltin kollha li għandhom għal qalbhom il-Prinċep tal-gżira u protettur ta’ Malta
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/117498
Appears in Collections:Scholarly Works - JCMus

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-Missjunarju tal-Maltin BISS 2023 OAR.pdf560.18 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.