Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119271
Title: Mons. Carmelo Psaila : Assistent Librar u Direttur tal-Libreriji Distrettwali
Authors: Sciberras, Joanne
Farrugia, George
Keywords: Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation
Karm, Dun, 1871-1961 -- Themes, motives
Karm, Dun, 1871-1961 -- Bibliography
Issue Date: 2023
Publisher: Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar u L-Università ta' Malta. Id-Dipartiment tal-Malti
Citation: Sciberras, J. (2023). Mons. Carmelo Psaila : Assistent Librar u direttur tal-Libreriji Distrettwali. Malta: Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar u L-Università ta' Malta. Id-Dipartiment tal-Malti
Abstract: Bir-raġun kollu Dun Karm jitqies bħala wieħed mill-pilastri tal-letteratura Maltija u ismu x'aktarx li huwa sinonimu mal-kitba tal-versi tal-innu Malti u mà xogħlijiet kbar bħal 'Il-Jien u Lil Hinn Minnu; 'Non Omnis Moriar: 'Għaliex? - Jedd il-Lsien Malti', 'Waħdi; 'Żagħżugħ ta' Dejjem; 'L-Oqbra' u oħrajn. Madanakollu, ħidmitu bħala Assistent Librar u Direttur tal-Libreriji Distrettwali ta' spiss ninjorawha. Rari nitkellmu dwar Dun Karm l-amministratur, aspett li seta' influwenzah fil-kitba tax-xogħlijiet letterarji tiegħu. Din il-pubblikazzjoni tiffoka sewwasew fuq dan l-aspett x'aktarx minsi ta' Dun Karm billi tiddiskuti numru ta' dokumenti amministrattivi. Ir-riċerka ta' Joanne Sciberras hija bbażata fuq dokumentazzjoni interna ta' Malta Libraries, kif ukoll fuq pubblikazzjonijiet uffiċjali bħalma huma l-Malta Blue Books. Dan ix-xogħol jittratta wkoll l-evoluzzjoni ta' Malta Libraries u l-legat li Mons. Carmelo Psaila, kif kien magħruf fid-dokumenti uffiċjali amministrattivi, ħalla warajh fil-qasam tal-Libreriji f' Malta u Għawdex. Din hija pubblikazzjoni oħra fis-sensiela ta' pubblikazzjonijiet dwar Dun Karm li qed jippubblika d-Dipartiment tal-Malti fl-Università b'rabta mat-taħditiet li jiġu organizzati kull sentejn bis-sehem tal-fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119271
ISBN: 9789918004164
Appears in Collections:Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar
Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mons_Carmelo_Psaila.pdf
  Restricted Access
4.53 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.