Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119448
Title: Il-Malti lsien imħallat
Other Titles: Lingwa u lingwistika
Authors: Farrugia, George
Keywords: Linguistic analysis (Linguistics)
Linguistics -- Malta
Maltese language -- Variation
Maltese language -- Acquisition
Maltese language -- Phonology
Language and languages
Issue Date: 1998
Publisher: Klabb Kotba Maltin
Citation: Farrugia, Ġ. (1998). Il-Malti lsien imħallat. In K. Borg (Ed.), Lingwa u Lingwistika (pp. 277-291). Santa Venera: Klabb Kotba Maltin
Abstract: Frans għafas il-pedala tal-brejk u pparkja eżatt quddiem il-bieb tal-garaxx ta' Pawlu l-mekkanik. "Bonġu Pawl!" sellem Frans, "Nista"' ndaħħalha għas-servis għada?" Pawlu ħarbex nota fuq biċċa karta u wieġbu: "Kollox sew Frans, għada għal xi t-tmienja mela. Tajjeb? Tittardjax!" Bhala kelliema nattivi tal-Malti, meta naqraw din is-silta t'hawn fuq, x'aktarx li ma ninnotaw xejn stramb fiha. Naċċettawha bħala silta b'Malti li jintuża kuljum, Malti li la jitqies bħala tal-kesħin jew tal-puliti u lanqas bhala Malti tar-raħal jew tal-baxxi. Fi kliem ieħor, il-Malti użat f'din is-silta nqisuh bhala Malti standard. Madankollu, mingħajr forsi ma nintebħu, f'din is-silta ċkejkna li tiddeskrivi sitwazzjoni komuni ħafna fi żmienna, insibu numru ta' kliem li għalkemm illum jitqies bhala kliem Malti, kif inhu xieraq, l-oriġini tiegħu hija differenti. Forsi kliem bhal brejk, garaxx, ipparkja, mekkaniku servis ma rridux wisq biex nintebħu li ġej mill-Ingliż. Iżda kliem bhal pedala, nota, biċċa katta, għandna mnejn ma nintebħux mill-ewwel li għandu oriġini Rumanza. Kliem bħal dan, tant ntgħaġen mal-lessiku Semitiku u tant jintuża kuljum, li hafna minna lanqas biss jgħaddilna minn moħħna li ġej mit-Taljan jew mill-lsqalli, jew fil-każ tal-kelma Bonġu li ġejja mill-Franċiż. Mela, din is-silta, li hija mera tat-taħdit tagħna l-Maltin, turina, mingħajr il-ħtieġa ta' xi analiżi profonda, li lsienna huwa lsien imħallat, ilsien iffurmat minn elementi lingwistiċi differenti li lkoll flimkien isawru l-Malti ta' żmienna.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119448
ISSN: 9990975426
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_Malti_lsien_imħallat.pdf
  Restricted Access
307.13 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.