Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120909
Title: Aperturi u ħitan diviżorji
Authors: Musumeci, Robert
Keywords: Law -- Malta
Civil law -- Malta
Obligations (Law) -- Malta
Partitions (Building)
Property -- Malta
Right of way -- Malta
Planning -- Law and legislation -- Malta
Issue Date: 2023
Citation: Musumeci, R. (2023). Aperturi u ħitan diviżorji. https://robertmusumeci.com/publications/
Abstract: l-Artikolu 426 jitkellem dwar ħajt ta’ barra [fit-test Ingliż external wall] tal-binja u jagħti l-fakolta’ li jinfetħu aperturi w gallariji f’ tali ħitan. Issa, l-Qrati nostrani kostantement irritenew li ħitan ‘ta’ barra’ huma speċifikament dawk li jikkonfinaw triq pubblika u mhux ħitan li jagħtu għal fuq side curtilage jew parapett ta’ terzi ‘il ġewwa mit-triq. Infatti, fis-sentenza fl-ismijiet Zammit Lupi et v Ripard et.13 jingħad hekk dwar is-sinnifikat ta’ ‘ħajt ta’ barra’ fil-kuntest tal-imsemmi Artikolu 426: ‘…..Il-“hajt ta’ barra” huwa dak il-hajt li jaghti ghat-triq pubblika, filwaqt li l-hajt divizorju, huwa dak il-hajt li jiddividi proprjeta’ minn ohra, u f’dak il-hajt divizorju, anke jekk mhux komuni (ara “Gatt vs Mintoff” deciza minn din il-Qorti fit-3 ta’ Dicembru, 1999) ma jistghu jinfethu ebda twieqi jew aperturi ohra. Dan il-punt gie diskuss mill-Onorabbli Qorti tal-Appell fil-kawza “Cutajar vs Buttigieg”, deciza fl-24 ta’ Frar, 1989, fejn gie enfasizzat li l-permess biex jinfethu twieqi moghti bil-ligi fl-artikolu 426 tal-kodici civili japplika ghall-hajt ta’ barra u mhux ukoll ghall-hitan l-ohra li jaghtu ghall-proprjeta’ ta’ terzi. Dan il-punt kompla jigi enfasizzat mill istess Onorabbli Qorti tal-Appell fil-kawza “Sultana vs Cassar”, deciza fl-4 ta’ Frar, 1992, fejn intqal li l-artikolu 426 tal-Kodici Civili ma jaghtix fakolta’ lill-persuna tiftah gallerija li taghti ghal fuq il-parapett tal-attur, anke jekk dak il-parapett ikun imiss mat-triq.’
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120909
Appears in Collections:Scholarly Works - FacLawPub

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Aperturi_u_ħitan_diviżorji.pdf237.33 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.