Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121766
Title: Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika
Authors: Vassallo, Mario Thomas
Spagnol, Michael
Keywords: Politics and literature -- Malta -- History -- 21st century
Speeches, addresses, etc.
Politicians -- Malta
Discourse analysis
Issue Date: 2023
Publisher: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti
Citation: Vassallo, M.T., & Spagnol, M. (Eds.). (2023). Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika. Malta: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti
Abstract: Il-kelma. Il-qawwa tal-kelma. B’kelma nista’ niġbdek jew nimbuttak. B’kelma nista’ nqanqal il-folla, inkella nnaffarha. Il-qawwa tal-kelma hija tali li biha nista’ ngħarrax rewwixta billi noħroġ lin-nies fit-toroq, inkella nista’ nsensel kunsens u nħeġġeġ biex dak li jkun jagħraf il-ħtieġa tal-kompromess. Tiskanta kemm għemejjel u emozzjonijiet jirriżultaw mill-kelma. Il-politiku jaf sewwa l-qawwa tal-kelma għax lilha juża bħala għodda biex iwassal il-messaġġ tiegħu. B’politiku m’aħniex nifhmu biss dawk il-ftit li jirnexxilhom jiksbu siġġu fil-Parlament Malti jew Ewropew, imma wkoll dawk li jinsabu jipparteċipaw fil-ħajja demokratika ta’ pajjiżna. Jiġuna f’moħħna r-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali bħalma huma t-trade unions u l-għaqdiet tal-impjegati, il-movimenti tas-soċjetà ċivili, il-Knisja u l-bqija. Dawn l-esponenti lkoll jiddependu u, fl-istess waqt, jinqdew bil-kelma biex jasserixxu rwieħhom fil-ħajja pubblika. Biha jridu jikkomunikaw, jipperswadu, jikkonsultaw, jinnegozjaw, jiddibattu, jikkonflinġu, jirraġunaw, inkella jbellgħulna r-ross bil-labra jekk mhux ukoll jgħodduna ta’ Ġaħan.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121766
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_qawwa_tal_kelma.pdf2.78 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.