Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121796
Title: Ir-retorika morali fid-dibattitu dwar l-introduzzjoni tal-abort f’Malta
Other Titles: Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika
Authors: Puli, Clyde
Keywords: Abortion -- Law and legislation -- Malta
Discourse analysis
Speeches, addresses, etc., Maltese
Language and languages -- Political aspects
Maltese language -- Political aspects
Rhetoric -- Political aspects -- Malta
Malta -- Politics and government -- 21st century
Issue Date: 2023
Publisher: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti
Citation: Puli, C. (2023). Ir-retorika morali fid-dibattitu dwar l-introduzzjoni tal-abort f’Malta. In M.T. Vassallo & M. Spagnol (Eds.), Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika (pp. 45-62). Malta: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti
Abstract: Fil-ktieb tiegħu The Structure of Moral Revolutions: Studies of Changes in the Morality of Abortion, Death, and the Bioethics Revolution (2019), Robert Baker jgħid li "qegħdin ngħixu fi żmien ta’ rivoluzzjonijiet morali, fejn dak li darba kien meqjus moralment atroċi jsir moralment aċċettabbli, u dak li qabel kien meqjus aċċettabbli jsir moralment kundannabbli" (42). Wieħed jista’ jgħid li dan jgħodd ukoll għas-soċjetà Maltija għax ninnotaw li fl-aħħar snin rajna numru ta’ sensittivitajiet morali jinbidlu u jinqalbu ta’ taħt fuq. Fl-aħħar snin, pereżempju, kibret sew is-sensittività għall-protezzjoni ta’ bajd tal-fekruna li titla’ tbid fuq xtutna (MaltaToday, "Turtle lays eggs at Ġnejna Bay area") imma fl-istess waqt naqset is-sensittività għall-protezzjoni tal-embrijun uman. Sa ftit snin ilu, diskussjoni dwar l-abort kienet tabù fiha nnifisha imma issa l-legalizzazzjoni tal-abort ġiet diskussa fit-toroq u saħansitra f’abbozz ta’ liġi fil-parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Minkejja dan, l-abort jibqa’ suġġett etikament, soċjalment u politikament kontenzjuż li kull fejn ikun diskuss joħloq dibattitu jaħraq, appassjonat u ħafna drabi diviżiv. It-tqegħid fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti f’Novembru 2022, t’abbozz ta’ liġi li effettivament jillegalizza l-abort f’Malta, skatta dibattitu nazzjonali. Dibattitu li nfirex lil hinn mill-isfera parlamentari u politika. Din ir-riċerka6 teżamina r-retorika morali użata fid-dibattitu nazzjonali minn perspettiva soċjoloġika. B’mod aktar preċiż, din ir-riċerka tanalizza l-valuri li informaw ir-retorika f’dan id-dibattitu. F’din il-kitba se nkun l-ewwel qed niddefinixxi dak li qed nifhmu bil-kunċetti ewlenin li tiddiskuti din ir-riċerka: ir-retorika, il-moralità u l-abort. Imbagħad se nipprovdi deskrizzjoni tal-isfond storiku u soċjali li wasslet għall-abbozz ta’ liġi msemmi. U wara li nispjega l-metodoloġija użata biex tiġi eżaminata r-retorika morali impjegata f’dan id-dibattitu, ngħaddi biex nippreżenta l-analiżi skjetta li toħroġ minn din ir-riċerka u abbażi ta’ dawn ir-riżultati nislet xi interpretazzjonijiet fuq il-proċessi soċjali li għaddejja minnhom is-soċjetà Maltija llum.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121796
Appears in Collections:Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika, 2023
Scholarly Works - FacEMAPP

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ir_retorika_morali_fid_dibattitu_dwar_l_introduzzjoni_tal_abort_f_Malta.pdf415.41 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.