Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/126689| Title: | Il-vjaġġ it-tajjeb! Essential Maltese for ground & cabin crew |
| Authors: | Pace, Thomas Spagnol, Michael |
| Keywords: | Airplanes -- Malta Air pilots -- Malta Flight crews -- Malta Airlines -- Malta Maltese language -- Acquisition Maltese language -- Translating into English Maltese language -- Conversation and phrase books (for flight attendants) Maltese language -- Conversation and phrase books (for air pilots) |
| Issue Date: | 2024 |
| Publisher: | Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Malti |
| Citation: | Pace, T., & Spagnol, M. (2024). Il-vjaġġ it-tajjeb! Essential Maltese for ground & cabin crew. Malta: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Malti |
| Abstract: | Dan il-frażarju bilingwi hu qabelxejn maħsub għall-impjegati tal-ajruport u għall-membri tal-ekwipaġġ tal-ajru. Kemm jekk xogħlok fuq l-ajruplan u kemm jekk taħdem l-ajruport, fl-industrija tal-avjazzjoni jiswielek li tikkomunika b’mod effettiv. Din il-gwida prattika tfasslet biex fiha ssib il-kliem u l-aktar frażijiet utli bil-Malti li jkollok bżonn f’xogħlok. Il-frażarju jkopri ħafna oqsma, mill-protokolli tas-sigurtà sal-għajnuna lill-passiġġieri, u għandu jservik ta’ referenza għall-komunikazzjoni bil-Malti mal-passiġġieri u l-kollegi. Il-pubblikazzjoni hi maqsuma fi tmien partijiet li jidħlu f’aspetti differenti tal-ħidma fl-avjazzjoni: L-ajruport, Fuq l-ajruplan, Ikel u xorb, Oġġetti personali, Nies, Għajnuna, Frażijiet utli, u Mistoqsijiet. Il-kliem ewlieni hu mniżżel ukoll f’lista komda fuq wara tal-ktieb, imqassma alfabetikament, mill-Ingliż għall-Malti. Minbarra din il-verżjoni stampata, fis-sit www.malti.mt/learnmaltese ssib il-kliem u l-espressjonijiet kollha moqrija. Dan jgħin lil min ikun qed jitgħallem il-Malti biex jippronunzjah aħjar u jifhmu aktar. Din ir-riżorsa hija ħolqa minn sensiela maħsuba mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università għal diversi professjonisti u l-pubbliku ġenerali li jaħdmu f’Malta u jixtiequ jitħaddtu bil-Malti. Kemm jekk għadek tasal fostna u kemm jekk inti membru tal-ekwipaġġ li waqgħetlek żokortok f’dan is-settur, dan il-frażarju għandu jgħinek tikkomunika aħjar bil-Malti fid-dinja tal-avjazzjoni. Il-vjaġġ it-tajjeb! |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/126689 |
| ISBN: | 9789995781934 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtMal |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il_vjaġġ_it_tajjeb.pdf | 10.81 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
