Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127358| Title: | Silenzji li nduqu u metafori sinestetiċi oħra f’Nadia Mifsud |
| Authors: | Vassallo, Klara (2024) |
| Keywords: | Mifsud, Nadia, 1976- -- Criticism and interpretation Maltese poetry -- 21st century Metaphor in literature Synesthesia in literature |
| Issue Date: | 2024 |
| Citation: | Vassallo, K. (2024). Silenzji li nduqu u metafori sinestetiċi oħra f’Nadia Mifsud (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | Din it-teżi tesplora r-relazzjoni bejn il-kunċetti poetiċi u l-esperjenzi sinestetiċi, waqt li tistabbilixxi r-relevanza tal-metafora sinestetika, l-immaġni sensorji, u s-simboliżmu tal-ħoss fil-poeżija Maltija, b’ħarsa mill-viċin lejn il-poeżija ta’ Nadia Mifsud. Is-sinestesija hi kundizzjoni nevroloġika b’taħlita anomala tas-sensi li fiha l-istimulazzjoni ta’ modalità waħda tipproduċi sensazzjoni f’modalità oħra, simultanjament. Meta l-qarrejja jaqraw letteratura miżgħuda bis-sinestesija, spiss ikunu impressjonati mill-valur poetiku tassensazzjonijiet irrappurtati. Il-poeżija ta’ Nadia Mifsud hi miżgħuda bil-kitba sinestetika — l-esplorazzjoni tal-ispazji, il-kuluri, it-togħmiet u l-irwejjaħ espressi f’’Kantuniera ’l Bogħod’ jimplikaw id-determinazzjoni tal-mara f’soċjetà patrijarkali u n-nostalġija tal-Maltija-mhux-Maltija. F’’Varjazzjonijiet tas-Skiet’ tirrakkonta skiet artab, skiet “oħxon,” u l-“vojt iswed dagħwa” ta’ meta kollettivament inqbadna ġewwa waqt il-pandemija tal-2020. Mifsud tirrakkonta l-mara kif tgħixha l-mara, fl-esperjenzi u l-forom kollha tagħha, u allura tagħmel użu mill-metafora sinestetika biex tartikola b’mod iktar sħiħ l-esperjenza tal-jien poetiku lill-qarrejja biex jekk ma jirnexxilhomx jarawha, jisimgħuha, u jekk ma jisimgħuhiex, iħossuha, jew ixommuha. |
| Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127358 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2024 Dissertations - FacArtMal - 2024 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2408ATSMAL300000016271_1.PDF Restricted Access | 2.2 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
