Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127361| Title: | Il-femminilità u l-ġeneru fin-novelli ta’ Rita Saliba |
| Authors: | Aquilina, Cherise (2024) |
| Keywords: | Saliba, Rita, 1964- -- Criticism and interpretation Short stories, Maltese Femininity in literature Sex role in literature Group identity in literature |
| Issue Date: | 2024 |
| Citation: | Aquilina, C. (2024). Il-femminilità u l-ġeneru fin-novelli ta’ Rita Saliba (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | L-għan prinċipali tat-teżina huwa li nuri kif il-kumplessitajiet tal-ġeneri, lil hinn mill-kategorija binarja tas-sess, huma rrappreżentati fin-novelli mill-ġabriet Damask (2017) u Minn Taħt l-Ilsien (2021) ta’ Rita Saliba. Ladarba din l-analiżi tirrifletti fuq kif in-novelli jiddjalogaw mal-kunċetti tal-femminilità u l-ġeneru, ir-referenzi għat-teorija Femminista u l-istudji tal-Ġeneru huma essenzjali. Nibda billi nosserva l-mod li bih l-awtriċi tirrappreżenta karattri b’ġeneri differenti abbażi tas-soċjetà, fosthom jekk kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel jistgħux ikunu “femminili” apertament. Fit-teżina nistħarreġ ukoll jekk ilprotagonisti humiex primarjament nisa jew irġiel, jekk il-karattri humiex sterjotipati jew imorrux kontra n-normi tas-soċjetà, u anki jekk hemmx kwalitajiet komuni f’karattri talistess ġeneru jew ta’ ġeneri differenti. Billi nanalizza għadd ta’ novelli miż-żewġ ġabriet, nistabbilixxi l-individwalità tal-karattri, u l-modi diversi ta’ kif Saliba tirrappreżenta lin-nisa u lill-irġiel. Nosserva wkoll kif il-ġeneri tal-karattri ma jinfluwenzawx biss l-imġiba tagħhom mal-oħrajn, imma anki l-psikoloġija tagħhom. Dawn l-elementi esterjuri u interjuri tal-karattri jaffettwawlhom l-identità soċjali. |
| Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127361 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2024 Dissertations - FacArtMal - 2024 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2408ATSMAL300000016920_1.PDF Restricted Access | 1.4 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
