Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127367| Title: | Il-varjazzjoni fil-plural f’għadd ta’ rħula Għawdxin |
| Authors: | Portelli, Jurgen Mario (2024) |
| Keywords: | Maltese language -- Malta -- Gozo Maltese language -- Variation Maltese langauge -- Number |
| Issue Date: | 2024 |
| Citation: | Portelli, J.M. (2024). Il-varjazzjoni fil-plural f’għadd ta’ rħula Għawdxin (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | Dan l-istudju jagħti ħarsa lejn il-varjazzjoni fil-plural f’erba’ djaletti Għawdxin. Fih investigajt liema forma tal-plural hija l-aktar waħda popolari fost it-tmienja u erbgħin parteċipant u parteċipanta li ħadu sehem f’din ir-riċerka. Sabiex niġbor l-informazzjoni meħtieġa mingħand dawn il-parteċipanti ddeċidejt li nifforma kwestjonarju b’numru ta’ eżempji li għalihom teżisti l-possibilità ta’ żewġ varjanti tal-plural jew aktar. Għal kull eżempju ppreparajt sett ta’ ritratti u sentenzi li jistgħu jgħinu lill-parteċipanti jaslu għattweġibiet li xtaqt mingħandhom. Wara li analizzajt ir-riżultati ta’ kull individwu abbażi taletà, is-sess u l-ġeografija, pruvajt nara tidhirx xi korrelazzjoni bejn wieħed mill-varjabbli jew iżjed mal-għażla ta’ forma tal-plural partikolari, jiġifieri plural sħiħ jew plural miksur. Fit-tielet kapitlu qabbilt ir-risposti tal-parteċipanti tiegħi ma’ dawk ta’ Kimberly Marie Bugeja sabiex ma niqafx mal-limiti tad-djaletti Għawdxin iżda jkolli idea wkoll jekk teżistix xi differenza bejn il-kelliema Maltin u dawk Għawdxin. Fl-aħħar ikkonkludejt li ma teżisti ebda korrelazzjoni bejn l-għażla tal-varjant tal-plural u xi varjabbli soċjolingwistiku partikolari, u li d-differenzi bejn djalett u ieħor jidhru aktar fuq livell fonetiku u fonoloġiku milli fuq livell morfosintattiku, tal-inqas fejn għandu x’jaqsam il-plural. |
| Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127367 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2024 Dissertations - FacArtMal - 2024 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2408ATSMAL300005073251_1.PDF Restricted Access | 3.82 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
