Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127368| Title: | Il-ġrajja tal-Laqgħa tal-Kittieba tal-Malti (1920) : sfidi u soluzzjonijiet |
| Authors: | Attard, Daniel (2024) |
| Keywords: | Għaqda tal-Kittieba tal-Malti Akkademja tal-Malti Maltese language -- History |
| Issue Date: | 2024 |
| Citation: | Attard, D. (2024). Il-ġrajja tal-Laqgħa tal-Kittieba tal-Malti (1920): sfidi u soluzzjonijiet (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | F’dan l-istudju qed nirrakkonta u nirrifletti fuq l-istorja tal-ewwel Laqgħa tal-Kittieba tal-Malti, li tidħol kexxun fil-proċess soċjolingwistiku li Joshua A. Fishman isejjaħlu 'first congress' (l-Ewwel Kungress). Peress li dan is-suġġett ma tantx ġie ttrattat, se nittanta nibni fid-dettall il-ġrajjiet ewlenin li bihom ġie standardizzat il-Malti fl-20ijiet tas-seklu li għadda, billi nagħti ħarsa lejn l-isfond storiku ta’ dak iż-żmien u kif wassal għall-Ewwel Kungress li fih twaqqfet l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti. Barra minn hekk, se nsegwi l-ħidmiet bikrija ta’ din l-għaqda biex tistandardizza l-Malti, permezz taż-żewġ pubblikazzjonijiet normattivi tagħha, ir-'Rapport fuk l’Alfabêt Malti' (1921) u t-'Tagħrif fuq il-Kitba Maltija' (1924), u r-reazzjonijiet fil-gazzetti minn kittieba u nies oħra li mhux dejjem qablu mal-għanijiet tal-għaqda. Il-gazzetti bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan, flimkien mal-manuskritti ta’ Franġisku Saverju Caruana u artikli oħra li jitkellmu dwar din il-ġrajja kinuli ta’ għajnuna kbira bħala xhieda primarja biex nistħarreġ l-Ewwel Kungress tal-Malti. Dan l-istħarriġ iġagħalni naqbel ma’ Robert L. Cooper (1989) li aħna niddeċiedu fuq lingwa għal raġunijiet nonlingwistiċi, u li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq il-lingwa jkunu suċċess kemm-il darba jaħdmu favurihom diversi aġenti talpjanifikazzjoni lingwistika, bħalma huma l-gvern, l-istampaturi u l-għaqdiet tal-lingwa. |
| Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127368 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2024 Dissertations - FacArtMal - 2024 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2408ATSMAL300005076278_1.PDF Restricted Access | 2.02 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
