Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127767| Title: | It-terminoloġija Maltija lejn ġabra ta’ riżorsi terminoloġiċi bil-Malti |
| Authors: | Grima, John Paul (2024) |
| Keywords: | Maltese language -- Usage Linguistics -- Malta Maltese language -- Dictionaries |
| Issue Date: | 2024 |
| Citation: | Grima, J. P. (2024). It-terminoloġija Maltija lejn ġabra ta’ riżorsi terminoloġiċi bil-Malti (Master's dissertation). |
| Abstract: | L-għan ta’ dan ix-xogħol huwa li tinbena għall-ewwel darba mappa waħda li tgħaqqad flimkien tant riżorsi terminoloġiċi bil-Malti li diġà jeżistu, imma li nħadmu b’għanijiet u metodi differenti, matul ħafna snin. Jibda b’ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet ewlenin li żviluppaw it-terminoloġija internazzjonali minn qasam tad-dilettanti għal dixxiplina organizzata u studjata mill-professjonisti. Isegwi bl-iżvilupp tat-terminoloġija Maltija billi jitfa’ dawl fuq xi ħidmiet – lokali u lil hinn – li nħadmu bi lsienna minn individwi u minn oħrajn li saru, jew għadhom isiru, fi gruppi. Din il-parti teoretika hija kkonsolidata minn erba’ intervisti informali ma’ ħames esperti ta’ dan il-qasam lingwistiku applikattiv Malti. Wara li janalizza l-unità terminoloġika Maltija, b’enfasi fuq l-aspetti kunċettwali u formali tat-terminu, ix-xogħol ikompli jirreferi għall-proċessi metodoloġiċi li ħaddem matulu, b’mod speċjali fil-bini tal-ġabra. Isiru wkoll xi osservazzjonijiet deskrittivi li jillustraw ir-realtà preżenti tat-terminoloġija Maltija bl-iskop li jqanqlu iżjed studju sistematiku. Jagħlaq b’rappreżentazzjoni kompilatorja tal-inventarju, maqsum f’sitt infrastrutturi differenti u mmaturat f’perjodu ta’ tliet snin, b’tali mod li jista’ jittella’ fuq il-mezzi elettroniċi moderni sabiex ikun iżjed aċċessibbli għall-pubbliku. |
| Description: | M.A.(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127767 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2024 Dissertations - FacArtMal - 2024 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2419ATSMAL509900001994_1.PDF | 9.2 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
