Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/129781| Title: | Dun Karm u żmenijietu |
| Authors: | Aquilina, Ġużè |
| Keywords: | Karm. Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation Maltese poetry -- 20th century -- History and criticism Maltese literature -- 20th century -- History and criticism |
| Issue Date: | 1976 |
| Publisher: | Università ta' Malta. Dipartiment tal-Malti |
| Citation: | Aquilina, Ġ. (1976). Dun Karm u żmenijietu. Konferenza Dun Karm. Malta: Università ta' Malta. Dipartiment tal-Malti |
| Abstract: | Din l-ewwel Konferenza DUN KARM u l-oħrajn li għad isiru ’l quddiem setgħu jsiru bilġenerożità tas-Sinjorina Karmen Mikallef Buħaġar. Kienet ilha s-snin taħseb kif tista’ tħalli tifkira dejjiema li biha tweġġaħ lil Dun Karm. L-ewwel ħsieb tagħha kien li tinxtara d-dar fejn twieled il-poeta. Meta din l-idea, għalissa, ma setgħetx isseħħ, ħadet il-parir ta’ ħafna ħbieb tal-Malti u waslet għall-konklużjoni li tħalli somma flus biex biha lUniversità tagħti żewġ premjijiet u tagħmel Konferenza. Bil-kuntratt tas-6 ta’ Novembru 1975 Karmen Mikallef Buħaġar ħalliet lill-Università lflus biex bl-imgħax tagħhom isir premju kull sentejn għall-aħjar teżi fid-Dipartiment talMalti għall-B.A.(Hons.) u għall-M.A. u ssir kull sentejn Konferenza dwar Dun Karm. Ilkonferenza ssir fit-13 jew it-18 ta’ Ottubru, jum il-mewt jew twelid il-poeta, waqt li żżewġ premjijiet jitħabbru wkoll f’waħda miż-żewġ dati. Bis-saħħa ta’ dan il-kuntratt inħatar kumitat magħmul mir-Rettur u l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti t-tnejn ex officio u minn Ġużè Cardona bħala rappreżentant tagħha f’Malta. Ilkumitat, billi għas-sena 1975 il-Konferenza ma setgħetx issir fil-ġranet stabbiliti, għażel il-5 ta’ Marzu 1976, jum it-twelid ta’ M. A. Vassalli, bħala data alternattiva u l-Konferenzier magħżul kien il-Prof. Ġużè Aquilina li ta kontribut mhux żgħir fil-Malti flaħħar 39 sena. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/129781 |
| Appears in Collections: | Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Dun_Karm_u_zmenijietu.pdf | 173.51 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
