Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/129783
Title: Aspetti stilistiċi tal-poeżija ta’ Dun Karm
Authors: Fenech, Edward
Keywords: Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation
Maltese literature -- 20th century -- History and criticism
Maltese poetry -- 20th century -- History and criticism
Issue Date: 1984
Publisher: Università ta' Malta. Dipartiment tal-Malti
Citation: Fenech, E. (1984). Aspetti stilistiċi tal-poeżija ta’ Dun Karm. Konferenza Dun Karm. Malta: Università ta' Malta. Dipartiment tal-Malti
Abstract: Fil-ktieb tiegħi Għas-Sejħa tal-Għana (Malta, 1980), jien ġa għandi ppubblikati studji stilistiċi dwar poeti bħal Fr Joe Mejlak u Victor Fenech. Hawnhekk, madankollu, qed nippreżenta studju tal-aqwa poeta Romantiku Malti tas-seklu tagħna. Jien kont ilni fi ħsiebi biex ngħaddi lil Dun Karm mill-għarbiel tal-kritika lingwistika-letterarja. Imma bħal kull biċċa xogħol oħra, dan l-istudju kellu jistenna sa ma wasal il-waqt tiegħu. Il-ħsieb tiegħi twettaq wara li l-Kumitat tal-Konferenza DUN KARM, imwaqqaf skont ilfundazzjoni fl-Università ta’ Malta mis-Sinjurina Karmen Mikallef Buħaġar bil-kuntratt tas-6 ta’ Novembru 1975, stedinni biex nagħti t-tielet konferenza fuq il-Poeta Nazzjonali. L-ewwel konferenza kien taha l-Professur Ġużè Aquilina fil-5 ta’ Marzu 1976. Din kienet fuq Dun Karm u Żminijietu. Hi kienet stampata fl-1977. It-tieni konferenza taha Dr Oliver Friggieri. Hi kienet fuq Mekkaniżmi Metaforiċi f’Dun Karm. Hi kienet pubblikata fl-1978. Din il-konferenza tajtha fis-Science Lecture Theatre tal-Università ta’ Malta fit-18 ta’ Ottubru 1979, il-mija u tmien anniversarju mit-Twelid ta’ Dun Karm, fil-preżenza tasSinjurina Karmen Mikallef Buħaġar, ir-Rettur Edwin Borg Costanzi, il-Professur Ġużè Aquilina, Mons. Karm Sant A/Kap tad-Dipartiment tal-Malti, is-Sur Ġużè Cassar Pullicino, Dr Wallace Ph. Gulia, is-Sur Erin Serracino Inglott, is-Sur Ġużè Cardona, Dun Frans Camilleri, Mons. Amabale Buontempo u ħafna studjużi oħra ta’ lsienna u talletteratura tagħna.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/129783
Appears in Collections:Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Aspetti_stilistiċi_tal_poeżija_ta_Dun_Karm.pdf335.34 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.