Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130428
Title: Filosofija u xbihat f’Dun Karm “Itektek bil-għasluġ… ”
Other Titles: Konferenza Dun Karm
Authors: Serracino Inglott, Peter
Keywords: Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation
Maltese literature -- 20th century -- History and criticism
Maltese poetry -- 20th century -- History and criticism
Philosophy in literature
Symbolism in literature
Issue Date: 1990
Publisher: Università ta' Malta. Dipartiment tal-Malti
Citation: Serracino Inglott, P. (1990). Filosofija u Xbihat f’Dun Karm “Itektek bil-Għasluġ…. Konferenza Dun Karm. Malta: Università ta' Malta. Dipartiment tal-Malti
Abstract: Madwar erbgħin sena ilu qrajt għall-ewwel darba Il-Jien u Lil Hinn Minnu. Fit-tieni vers, il-kelma “għasluġ” bagħtitni nqalleb fil-manuskritt tal-Miklem. Hemm sibt li “għasluġ” huwa “fergħa ġdida rqiqa u milwija f’zokk ta’ siġra”. Jew inkella li tinqata’ miz-zokk għal wieħed minn żewġ użi prinċipali. Jew biex tintuża bħala bastonċin jew ħatar żgħir, mhux biex isserraħ fuqu, għax irqiq u jiltewa; imma sewwasew kif jużah l-agħma: biex itektek bih ħalli ma jiħux pass fil-vojt, biex jiżgura ruħu li quddiemu hemm is-sod. Jonkella l-għasluġ jinqata’ miz-zokk ta’ siġra, pereżempju tas-simar jew taż-żafżaf (siġra “tal-ġens ‘Salicaceae’, li tikber f’artijiet niedja, twarrad f’Jannar, komuni fil-Ġnejna”); jinqata’ biex jintuża bħala frosta, jonkella bħala bakketta, bħala l-għodda tas-sewwieq jew tal-mexxej, tas-surmast tal-banda jew tal-orkestra, tar-rajjes li jrid iħabbat biha r-ritmu tad-daqq u biha jqejjes iż-żmien, virga li titħaddem bħala strument metroloġiku. L-għasluġ huwa, għalhekk, għajnuna biex jintlaħqu fl-istess waqt żewġ skopijiet, u jiżżewġu flimkien: il-moviment u r-ritmu, il-mixja ’l quddiem u l-kejl, it-tiftix ta’ direzzjoni u t-tnissil tal-ordni. Żewġ skopijiet marbuta maż-żewġ organi essenzjali talbniedem. Il-moviment, il-mixja ’l quddiem, it-tiftix ta’ direzzjoni mal-moħħ li jaħseb; irritmu, il-kejl, it-tnissil tal-ordni mal-qalb li tħobb.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130428
Appears in Collections:Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Filosofija_u_xbihat_f_Dun_Karm.pdf177.44 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.