Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130429| Title: | L-istrateġija psikostilistika f’Dun Karm |
| Other Titles: | Konferenza Dun Karm |
| Authors: | Briffa, Charles |
| Keywords: | Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation Maltese literature -- 20th century -- History and criticism Maltese poetry -- 20th century -- History and criticism Authors, Maltese -- Malta -- 20th century Literature, Modern -- 20th century Nationalism -- Malta |
| Issue Date: | 1997 |
| Publisher: | Università ta' Malta. Dipartiment tal-Malti |
| Citation: | Briffa, C. (1997). L-istrateġija psikostilistika f'Dun Karm. Konferenza Dun Karm. Malta: Università ta' Malta. Dipartiment tal-Malti |
| Abstract: | Li se ngħid hu li Dun Karm (1871-1961) inqeda bl-elementi tan-novella f'waħda mill-poeżiji tiegħu biex iwassal il-messaġġ meħtieġ. Biex nifhmu dan irridu nħarsu lejn Dun Karm b'mod differenti mis-soltu. Is-soltu narawh poeta ¾ issa se narawh poeta-novellist. Dan l-istudju juri metodu ta' investigazzjoni ta' poeżija bbażat fuq il-qagħda mentali tal-poeta (u għal din se nieħu t-teorija ta' l-iskema), ir-rappreżentazzjonijiet tal-ħsieb (u hawnhekk se naraw il-proċessi differenti li juża l-poeta, xi wħud minnhom insibuhom komuni ħafna fil-proża narrattiva kif rajna diġà), u l-pjan ta' assistenza ritmika (jiġifieri kif il-poeta jinqeda bir-ritmu biex iwieżen it-tifsir).1 U dan kollu biex isawwar ambjent testwali li minnu joħroġ l-istil mentali ta' Dun Karm. Kollox jidderiġina lejn aspetti tematiċi li jridu jseddqu d-dehra mentali tal-poeta. Se nipprova nuri hawnhekk kif għallanqas f'poeżija waħda minn tiegħu Dun Karm inqeda bit-teknika tal-proża narrattiva biex iwassal il-messaġġ tiegħu. Għalhekk nemmen li dan il-metodu jżid mal-kompetenza letterarja, għax jinvestiga implikazzjonijiet psikoloġiċi u morali, u għaldaqstant irrid narah bħala metodu psikostilistiku li jikkombina l-psikoloġija narrattiva ma' l-istilistika letterarja u l-istil mentali.2 Dan kollu biex nuri kif Dun Karm iħaddem id-djalogiżmu tiegħu bejn żewġ attitudnijiet: l-umanità u l-ispiritwalità. Imma l-ewwel ikolli nispjega xi żewġ affarijiet. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130429 |
| Appears in Collections: | Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| L_istrateġija_psikostilistika_f_Dun_Karm.pdf | 216.86 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
