Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130434
Title: Dun Karm – l-ambjent Żebbuġi u lil hinn minnu
Other Titles: Studji Dunkarmjani
Authors: Sammut, Frans
Keywords: Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation
Authors, Maltese -- 20th century
Poets, Maltese -- 20th century
Priesthood -- Catholic Church
Maltese literature -- 20th century
Żebbuġ (Malta) -- History
Issue Date: 2011
Publisher: Klabb Kotba Maltin
Citation: Sammut, F. (2011). Dun Karm – l-ambjent Żebbuġi u lil hinn minnu. In C. Azzopardi (Ed.), Studji Dunkarmjani (pp. 179-208). Malta: Klabb Kotba Maltin.
Abstract: Li Dun Karm twieled Ħaż-Żebbuġ u mhux f'xi raħal ieħor jew belt oħra ta' Malta, kien fil-fehma tiegħi, fattur determinanti fil-ħidma letterarja u poetika tiegħu. F'din ilt-taħdita se nagħmel ħilti nuri għaliex naħseb hekk. Mela, Dun Karm twieled Ħaż-żebbuġ fit-18 ta' Ottubru 1871 minn Filippu Psaila (ta' Lewtu) u Lunzjata Pisani. Miet Tas-Sliema fit-13 ta' Ottubru 1961 iżda jinsab midfun Ħaż-żebbuġ fdak li kien isejjaħlu s-"sepulkru tiegħi" fiċ-ċimiterju ta' raħal twelidu. Missieru kien sikwit ibaħħar biex iġib ix-xogħol minn barra u ma kinux jgħoddu mal-fqar. Minħabba f'hekk, f'żgħoritu għex aktar ma' ommu u l-ambjent Żebbuġi xorbu aktar mingħandha. Dan l-ambjent mhux biss sawwarlu l-karattru tiegħu, iżda baqa' miegħu għal dejjem, minkejja li bosta għexieren ta' snin minn ħajtu t-twila qattagħhom il-Furjana, il-Belt u Tas-Sliema. Fost bosta bixriet, għal kollox Żebbuġin, li kiseb Dun Karm kien it-twemmin li għad li mhux fqar ma kellhomx jgħixu fil-ħala u l-poeta baqa' sal-aħħar iġewweż imqar fl-ikel li jiekol u jieħu ħsieb li ma jaħlix, kif jgħidilna f'kitbiet ta' xjuħitu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130434
ISBN: 9789993273899
Appears in Collections:Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Dun_Karm.pdf
  Restricted Access
632.84 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.