Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130437| Title: | Dun Karm poeta ċajtier |
| Other Titles: | Studji Dunkarmjani |
| Authors: | Serracino Inglott, Peter |
| Keywords: | Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation Authors, Maltese -- 20th century Poets, Maltese -- 20th century Maltese literature -- 20th century |
| Issue Date: | 2011 |
| Publisher: | Klabb Kotba Maltin |
| Citation: | Serracino Inglott, P. (2011). Dun Karm poeta ċajtier. In C. Azzopardi (Ed.), Studji Dunkarmjani (pp. 2099-216). Malta: Klabb Kotba Maltin. |
| Abstract: | Ħa nibda bl-aħħar terzina mis-Sunett "L-X ta' Frar", is-sbatax-il wieħed, tas-sena 1934: "Għalhekk kif qbadt il-għodda tal-poeti/ biex naħdimlek il-warda werqa werqa,/ Flok il-għanja tal-ferħ, ħarġet tnehida." Dun Karm hawnhekk qed jagħmel mossa wisq maħbuba mill-kittieba post-moderni - opra talarti li titkellem fuqha nnifisha. Il-filosfi jsejħulha metapoeżija. Dun Karm qed jgħid li f'dan is-sunett ġralu bħal Kristofru Kolombu. Dan kien salpa biex jasal l-Indja u minflok skopra l-Amerika. Hekk Dun Karm beda biex jifraħ għax San Pawl ġie Malta u minflok kiteb ilment dwar il-qagħda li fiha kienu ġabu lilhom infushom il-Maltin. Għalhekk hawnhekk Dun Karm qed jagħmel żewġ ħwejjeġ. L-ewwel nett qed jiddieħak bih innifsu, qiegħed jiċċajta fuqu nnifsu bħala poeta, imma fl-istess ħin din tiegħu hija ċajta serja. It-tieni ħaġa li qed jagħmel fdawn il-versi m'hi xejn inqas milli jipproponi teorija estetika, filosofija tal-arti. Qed jgħid illi fil-ħolqien ta' xogħol sabiħ jiġri illi l-opra tieħu s-soparavvent fuq l-artista, kif frumanz il-persunaġġi li jkun ħoloq l-awtur minn żnied u donnhom isiru awtonomi, jieħdu rajhom f'idejhom u jġibu ruħhom fir-rumanz skont il-personalità li jkunu kisbu. Dun Karm jistqarr li donnha l-poeżija għamlet ta' rasha u ħarġet kif riedet hi u mhux kif kellu fmoħħu l-poeta meta beda jnissilha. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130437 |
| ISBN: | 9789993273899 |
| Appears in Collections: | Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Dun_Karm_poeta_ċajtier.pdf Restricted Access | 133.42 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
