Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130685
Title: Infakkru lil Oliver Friggieri : studju ta’ awtur b’enfasi fuq il-valuri għad-disa’ sena fi skola sekondarja
Authors: Pace, Romilda (2024)
Keywords: Friggieri, Oliver, 1947-2020
Maltese literature -- Malta
Teaching -- Malta
Issue Date: 2024
Citation: Pace, R. (2024). Infakkru lil Oliver Friggieri: studju ta’ awtur b’enfasi fuq il-valuri għad-disa’ sena fi skola sekondarja (Master's dissertation).
Abstract: Din id-dissertazzjoni f’għamla ta’ proġett tippreżenta studju ta’ awtur fuq Oliver Friggieri bil-għan li jiġu mistħarrġa b’mod kritiku aspetti varji tal-ħajja u l-ħidma letterarja tiegħu. Dan il-proġett jintrabat sfiq ma’ prinċipji u prattiċi misjuba f’Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd (Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012), is-Sillabu tal-Malti taċ-ĊES 2025 imsejjes fuq kisbiet mit-tagħlim (MATSEC, 2022). Dan l-istudju ta’ awtur jispeċifika kif jista’ jiġi organizzat parti mis-sillabu tal-esperjenza letterarja fis-sekondarja bil-għan li l-istudenti tad-disa’ sena jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ dan il-kittieb. Mifrux fuq ħdax-il lezzjoni, dan l-istudju ta’ awtur jiffoka fuq it-tagħlim tal-valuri ewlenin li Friggieri kien iħaddan u jwassal bl-arti tal-kelma, u jissuġġerixxi għadd ta’ metodi pedagoġiċi sistematiċi li bihom l-għalliema jistgħu jassessjaw u jevalwaw il-kompetenza letterarja tal-istudenti tagħhom. L-ewwel għaxar lezzjonijiet jinkludu l-għanijiet, varjetà ta’ metodi ta’ tagħlim u attivitajiet, ir-riżorsi meħtieġa, u anke suġġerimenti għad-differenzjar u għall-assessjar formattiv. L-istudju jagħlaq b’lezzjoni ddedikata għat-twettiq tal-evalwar summattiv permezz ta’ test imfassal fuq il-lezzjonijiet ta’ qabel. B’referenza għall-kunċett tal-kuxjentizzazzjoni, jiġifieri l-modi li bihom l-istudenti jirriflettu b’mod kritiku dwar ir-realtà soċjali, dan l-istudju jħeġġeġ lill-istudenti jesploraw il-viżjoni filosofika tal-kittieb kif tixref f’testi letterarji varji favur ambjent aktar armonjuż u ġenwinament umanistiku.
Description: MTL(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130685
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2024

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2418EDUEDU500105068905_1 - Romilda Pace.PDF28.12 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.