Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/131338
Title: Il-passatempi : attivitajiet għat-tagħlim tal-ħiliet tal-Malti għall-istudenti tas-7 sena
Authors: Buttigieg, Michela (2024)
Keywords: Hobbies -- Malta
Maltese language -- Study and teaching
Electronic information resources -- Malta
Education, Primary -- Malta
Learning -- Malta
Issue Date: 2024
Citation: Buttigieg, M. (2024). Il-passatempi: attivitajiet għat-tagħlim tal-ħiliet tal-Malti għall-istudenti tas-7 sena (Master's dissertation).
Abstract: Din it-teżi-proġett hija mnebbħa mit-tibdil għall-kisbiet mit-tagħlim fis-sillabu tas-seba’ sena tal-Malti, u mill-proposta li l-istudenti tas-seba’ sena ser jingħataw laptop. B’enfasi fuq it-twettiq kreattiv tal-erba’ ħiliet tal-lingwa permezz ta’ diversi attivitajiet li jagħmlu lillistudent protagonist tal-lezzjoni, dan il-proġett, ibbażat fuq pakkett ta’ seba’ attivitajiet, jesplora modi innovattivi ta’ kif l-għalliema jistgħu jiffaċilitaw it-tagħlim waqt li jimplimentaw il-kisbiet mit-tagħlim għall-istudenti tas-seba’ sena. Dawn l-attivitajiet jinkludu wkoll esperjenzi konkreti u ħarġa sal-Imdina, li lkoll jagħtu xejra innovattiva lit-tagħlim. B’rabta mat-teoriji Umanistiċi, Progressivi, u Kostruttivisti, li lkoll jippromwovu t-tagħlim attiv, dan il-proġett jinkludi firxa ta’ attivitajiet li jinkoraġġixxu lill-istudenti jiddiksutu, jikkontribwixxu, jipparteċipaw, jinvestigaw u jikkreaw waqt il-lezzjonijiet tal-Malti. Ibbażata fuq it-teoriji tal-Interest-Driven Learning u tal-Interest Driven Creator, din it-teżi tuża linteress tal-istudenti bħala ankra għat-tfassil tal-attivitajiet għat-tagħlim tal-Malti. Fil-fatt, bilgħan li l-istudenti jinteressaw ruħhom iktar fis-suġġett u jkunu mmotivati li jitgħallmu, l-attivitajiet kollha jduru mat-tema tal-passatempi u jinvolvu t-teknoloġija.
Description: MTL(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/131338
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2024

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2418EDUEDU500105069189_1 - Michela Buttigieg.PDF11.22 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.