Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132241| Title: | Il-fonestetika ta’ Mario Azzopardi |
| Authors: | Camilleri, André |
| Keywords: | Azzopardi, Mario, 1944-2022 -- Criticism and interpretation Azzopardi, Mario, 1944-2022 -- Versification Maltese poetry -- 20th century Maltese poetry -- 21st century Maltese language -- Rhythm |
| Issue Date: | 2023 |
| Publisher: | University of Malta. Faculty of Arts. Department of Maltese |
| Citation: | Camilleri, A., & Grima, A. (2023). Il-fonestetika ta’ Mario Azzopardi. Riċerkaturi, 5, 44-53. |
| Abstract: | F’dan l-istudju nistħarreġ l-element fonetiku fil-versi alliterattivi ta’ Mario Azzopardi u l-istrateġiji li jinqdew bihom. L-għan huwa li nesplora s-sens u l-atmosfera li jinħolqu minn insistenza fuq ħsejjes ripetittivi partikolari f’relazzjoni mat-tifsir. Il-poeżiji ta’ Azzopardi sikwit huma kkaratterizzati minn kakofonija, dissonanza jew ħsejjes diżarmonjużi, mekkaniżmi li jiksbu relevanza figurattiva, bħal filkaż ta’ “vjolin iħanxar” (“notturn” minn Analiżi ’70); “il-psike tiegħi jżarżar bħal terramaxka” (“varjazzjoni fuq l-imħabba”, minn Le Poète); “melodija mibruxa” u “l-kampnar tal-knisja / jqanpen agunija” (“suite 345” minn Analiżi ’70); u “bil-vokabularju jfaqqa’ / bħal ċuqlajta tal-għadam” (“Il-Manifest tal-Poeżija” minn Il-Fabbrikant tal-Marjunetti). L-allużjonijiet figurattivi għall-ħoss f’dawn l-eżempji jirriflettu l-fonestetika ta’ diskordanza. Dawn ir-riflessjonijiet iservu bħala punt tat-tluq għal analiżi li se tiffoka fuq ir-relazzjoni bejn il-fonemi b’karatteristiċi partikolari, simili jew kuntrastanti bejniethom. B’dan il-mod, nuri kif il-tqegħid tal-fonemi fi gruppi jista’ jaqdi wkoll funzjoni simbolika. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132241 |
| ISSN: | 3005642 |
| Appears in Collections: | Riċerkaturi (2023) - Ħarġa 5 Riċerkaturi (2023) - Ħarġa 5 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il_fonestetika_ta_Mario_Azzopardi.pdf | 131.39 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
