Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132242| Title: | Il-fallaċja patetika fir-romantiċiżmu bikri : Vassallo, Muscat Azzopardi u Psaila |
| Authors: | Buttigieg, Michela |
| Keywords: | Vassallo, Ġan Anton, 1817-1868 -- Criticism and interpretation Muscat Azzopardi, Ġużè, 1853-1927 -- Criticism and interpretation Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation Maltese poetry -- 19th century Maltese poetry -- 20th century Romanticism -- Malta Personification in literature |
| Issue Date: | 2023 |
| Publisher: | University of Malta. Faculty of Arts. Department of Maltese |
| Citation: | Buttigieg, M. (2023). Il-fallaċja patetika fir-romantiċiżmu bikri : Vassallo, Muscat Azzopardi u Psaila. Riċerkaturi, 5, 32-43. |
| Abstract: | Il-fallaċja patetika hija metodu espressiv u diskursiv bi tradizzjoni twila u prestiġjuża fost ħafna letteraturi, madanakollu, dan it-terminu letterarju jissarraf fid-definizzjoni bażika tal-attribuzzjoni ta’ emozzjonijiet umani lill-entitajiet inanimate u animati tal-ambjent. Bħala teknika, il-fallaċja patetika hija iżjed profonda minn hekk, ladarba l-atmosfera tadotta burdata umana, il-pajsaġġ poetiċizzat jiġi umanizzat b’ġesti evokattivi, u d-distinzjoni bejn l-osservatur u l-imkien osservat effettivament tibda tgħib. In-natura simpatetika lejn poeta li min-naħa tiegħu jħossu mifhum u milqugħ minnha, toffri sensazzjoni li tgħinu jiżvoga u jaqsam daqsxejn mill-piż emozzjonali li jinħakem minnu, primarjament billi jġiegħel lill-entitajiet ta’ madwaru jwieżnu l-emozzjonijiet interni tiegħu. Il-pajsaġġ, għalhekk, jirreċiproka l-ħsus umani għax jidħol f’komunjoni intima mas-sensittività poetika. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132242 |
| ISSN: | 3005642 |
| Appears in Collections: | Riċerkaturi (2023) - Ħarġa 5 Riċerkaturi (2023) - Ħarġa 5 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il_fallaċja_patetika_fir_romantiċiżmu_bikri.pdf | 133.07 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
