Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132928
Title: | Min jien? : it-tagħlim ta' Bħagawan Xri Ramana Maħarxi |
Authors: | Camilleri, Charló |
Keywords: | Self-realization -- Religious aspects -- Hinduism Advaita Vedanta Meditation -- Hinduism Hindu philosophy -- Early works to 1800 Spiritual life -- Hinduism Mysticism -- Comparative studies Mahadevan, T. M. P. (Telliyavaram Mahadevan Ponnambalam), 1911-1983 |
Issue Date: | 2025 |
Publisher: | Sri Ramanasramam, Tiruvannamalai |
Citation: | Mahadevan, T. M. P. (2025). Min Jien? Min jien?: it-tagħlim ta' Bħagawan Xri Ramana Maħarxi (Camilleri, C., Trans.). Tamil Nadu, India : Sri Ramanasramam, Tiruvannamalai. |
Abstract: | Il-ktejjeb li għandek f’idejk huwa ġawhra tal-ispiritwalità mgħoddija minn Xri Ramana Maħarxi għaref u mistiku Indjan li xerred il-metodu tal-istħarriġ tal-jien innifsi bħala mezz li jwassal sabiex jintlaħaq l-għarfien tal-istess, ta’ dak li tassew int, li bl-Ingliż jissejjaħ selfrealisation. Hemm fil-fatt relazzjoni bejn l-għarfien u l-Kewn f’dan il-proċess. Dan ilmetodu jinbena fuq il-mistoqsija “Min jien jien?” – fil-ħidma tat-tfittxija ġewwinija għallgħeruq tal-ħsieb jien, bil-għan li l-ego (il-jien) jixxejjen u jqum u jinkixef il-veru jien: il- Kewn. Id-Din ta’ Ramana Maħarxi huwa marbut mal-filosofija msejħa Adwajta Wedanta, li fiha r-ruħ (ātman) u l-Bidu aħħari, Dak li Hu (Braħman) huma ħaġa waħda. “Min jien jien?” tieħu lil min jitħarreġ fil-meditazzjoni kontemplattiva f’mixja ta’ ħsieb ġewwieni li twasslu għall-għarfien tal-Kewn innifsu u t-tixjin tal-ego. Is-sisien tal-ħsieb filosofiku wara dan ittaħriġ insibuhom fin-Non-Duwalità tal-Adwajta, jiġifieri, fil-Mhux-Tnejn. L-Adwajta hija waħda mis-sitt skejjel filosofiċi ewlenin tal-Indja, u minkejja li l-prinċipji tagħha huma msensla fl-Upanixad, kien Gawdapada, filosfu tas-seklu 7 WK, li taha rifda bil-kummentarju tiegħu tal-Māndukja Kārikā fuq il-Māndukja Upanixad. Gawdapada kien l-imgħallem ta’ Gowinda, l-imgħallem ta’ Adi Xankara li kiteb tifsir fuq il-Kārikā ta’ Gawdapada. Fil- Māndukja Kārikā l-istudjużi jħossu l-influss tal-iskola Buddista Maħajana li tħares ’il quddiem lejn is-saħħa ta’ kulma jgħix bit-taħriġ fil-ħsieb non-duwalista kif ukoll monista. [excerpt] |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132928 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheMT |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Min_jien_(nan_jar)(2025).pdf Restricted Access | 602.41 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.