Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/133012
Title: Inbandu l-għaxar forom tal-verbi semitiċi : proġett pedagoġiku għall-iskejjel sekondarji
Authors: Mangion, Nicole (2024)
Keywords: Maltese language -- Grammar
Maltese language -- Study and teaching -- Malta
Education, Secondary -- Malta
School children -- Malta
Maltese language -- Verb
Music in education
Issue Date: 2024
Citation: Mangion, N. (2024). Inbandu l-għaxar forom tal-verbi semitiċi : proġett pedagoġiku għall-iskejjel sekondarji (Master’s dissertation).
Abstract: Din it-teżi-proġett, tamalgama żewġ oqsma: il-mużika u l-forom tal-verbi. Fiha jiġu trattati l-għaxar forom tal-verbi trilitteri peress li din hija kategorija li tirrikjedi ħafna memorja u l-istudenti jsibuha diffiċli sabiex jiftakruhom bl-amment. Mill-banda l-oħra, isibuha faċli sabiex jiftakru kanzunetta u għalhekk, inħasset il-ħtieġa li dawn isiru ħaġa waħda. Permezz tal-Ħarsa Kritika tingħata stampa ġenerika lejn it-tagħlim multimodali u d-diversi strateġiji li jeżistu sabiex iseħħ tagħlim effettiv. Fil-kapitlu ta’ wara, jiġu ppreżentati riċerki li seħħu dwar it-tagħlim tal-grammatika b’mod effettiv u l-benefiċċju tal-mużika, mhux biss fil-klassi iżda anki lil hinn. Wara dan, wieħed jgħaddi għall-kapitlu informattiv dwar il-forom verbali sabiex b’hekk, tingħata informazzjoni dwar din il-kategorija grammatikali. Permezz ta’ dan kollu, tħejja l-proġett li jżomm lill-istudent fiċ-ċentru tat-tagħlim. Il-kapitli huma bbażati fuq il-kanzunetti li nkitbu għal dan il-proġett. Sabiex dawn jiġu riveduti, inħolqu taħriġiet differenti multimodali li jevalwaw l-vjaġġ edukattiv tal-istudent f’din il-kategorija grammatikali. Apparti dan, hemm ukoll passi u suġġerimenti għall-għalliema sabiex il-lezzjonijiet jimxu ħarir. Finalment, id-dissertazzjoni tagħlaq b’pariri ta’ fejda dwar dan it-tip ta’ tagħlim sabiex b’hekk, tinbeda triq ġdida għat-tagħlim tal-Malti: dik innovattiva u kreattiva.
Description: MTL(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/133012
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2024

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2418EDUEDU500100013764_1 - Nicole Mangion.PDF21.33 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.