Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/133103| Title: | It-tagħlim tal-possessiv fil-Malti bħala lingwa barranija permezz tat-tema 'Aħna, qrabatna u ħbiebna' |
| Authors: | Hili, Maria (2024) |
| Keywords: | Maltese language -- Study and teaching -- Malta Grammar, Comparative and general -- Possessives Education, Secondary -- Malta School children -- Malta Language and languages -- Computer-assisted instruction |
| Issue Date: | 2024 |
| Citation: | Hili, Maria (2024). It-tagħlim tal-possessiv fil-Malti bħala lingwa barranija permezz tat-tema 'Aħna, qrabatna u ħbiebna' (Master’s dissertation). |
| Abstract: | L-għan ewlieni ta’ dan l-istudju hu li jesplora x’inhuma d-diffikultajiet li l-istudenti jiltaqgħu magħhom meta qed jakkwistaw il-possessiv fil-Malti bħala lingwa barranija permezz tat-tema ‘Aħna, Qrabatna u Ħbiebna’. Barra minn hekk, ser jinħolqu riżorsi adattati għal dawn id-diffikultajiet sabiex l-għalliema u l-istudenti jistħarrġu aħjar din it-tema. Dawn ir-riżorsi huma possibbli minħabba r-riċerka li saret ma’ għoxrin student u studenta tad-disa’ sena fis-sekondarja, fl-età ta’ tlettax u erbatax-il sena, fejn ingħataw ħames eżerċizzji f’formoli ta’ assessjar dwar il-possessiv sabiex jiġu investigati aħjar x’inhuma d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom. Dawn l-eżerċizzji huma ta’ livelli differenti sabiex jiġi mifhum aħjar x’tip ta’ eżerċizzji huma xierqa għall-istudenti f’dan il-livell. Min-numru ta’ risposti differenti li ġew analizzati, intwera illi xi studenti jinsabu fil-proċess lejn il-lingwa fil-mira (target language), oħrajn li waslu s’hemm u oħrajn li għadhom kemxejn aktar ’il bogħod. Fost id-diffikultajiet, tidher id-diffikultà li xi studenti għadhom m’assimilawx il-qasam grammatikali tal-possessiv. Barra minn hekk, jidher ukoll li wħud mill-istudenti jsibu diffikultà fl-ortografija. Żball komuni huwa li l-istudenti jassimilaw il-possessiv però jiżbaljaw fl-ortografija. Oħrajn jassimilaw il-possessiv, iżda mhux fil-persuna t-tajba. Minn dan kollu, tispikka t-teorija tal-lingwa intermedjarja u għalhekk din hija l-qofol tar-riċerka. Ir-riżorsi jinkludu kemm dawk tradizzjonali u anke dawk diġitali. Dawn jiffokaw fuq tliet elementi tal-Malti: il-grammatika, il-vokabolarju u l-ortografija, elementi li jimxu id f’id fit-tagħlim tal-Malti. Ir-riżorsi nfushom jinsabu fi ktejjeb fejn huma gradati, jiġifieri jibdew mill-eħfef u aktar ma jmur ir-riżorsi aktar isiru ta’ sfida għall-istudenti. Dawn jinkludu varjetà wiesgħa ta’ eżerċizzji li l-għalliema jistgħu jużaw waqt il-lezzjonijiet tagħhom, fosthom karti tat-taħriġ, fehim mis-smigħ, logħob interattiv, preżentazzjonijiet u nota b’Canva, u anke Raddiena. |
| Description: | MTL(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/133103 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2024 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2418EDUEDU500105069308_1 - Maria Hili.PDF Restricted Access | 10.89 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
