Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13328
Title: Il-vuċi ambigwa fil-poeżija ta’ mħabba ta’ Mario Azzopardi
Authors: Galea, Maria
Keywords: Azzopardi, Mario, 1944- . -- Criticism and interpretation
Maltese poetry -- 20th century
Religion and poetry -- Malta
Love poetry, Maltese
Issue Date: 2016
Abstract: Dan l-istudju fih erba’ kapitli. Fl-ewwel kapitlu ħarist lejn dak li nkiteb dwar ix-xogħol ta’ Azzopardi minn studjużi bħal Oliver Friggieri. Billi l-kummenti koprew firxa wiesgħa ta' temi, f'dan il-kapitlu ffukajt fuq dak li nkiteb dwar ir-reliġjon u l-imħabba fix-xogħol ta' Azzopardi u ħarist lejn il-poeżiji li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn it-temi. It-tieni kapitlu jittratta r-relazzjoni problematika tal-imħabba li jitkellem fuqha lpoeta fil-ktieb Tabernakli. L-imħabba li jitkellem fuqha Azzopardi f’dawn il-poeżiji hi waħda li tispiċċa, qalbha maqtugħa u dejjem b’xi ostaklu, għalhekk tista’ tgħid kull poeżija setgħet tidħol f’dan il-kapitlu. Għalhekk kelli nagħżel poeżija minn oħra. Kull poeżija taqbad sitwazzjoni u problema differenti, u għalhekk għażilt li niffoka fuq ilpunt tal-komunikazzjoni. Bil-vuċi ambigwa tiegħu l-poeta juri li jkun hemm waqtiet meta hu u l-figura femminili jsibuha bi tqila jikkomunikaw bejniethom. Għall-poeta lkomunikazzjoni f’relazzjoni tal-imħabba hi importanti u esperjenzaha bħala problema diversi drabi. Problema bħalma hi l-komunikazzjoni toħloq inkwiet li xi drabi filpoeżija jwassal għat-tmiem u jġib miegħu n-niket. Dal-kaptilu għalhekk ma jitkellimx biss fuq il-problemi li jġibu t-tmiem imma wkoll leffetti li dan it-tmiem iħalli; huwa niket li eventwalment iwassal għas-solitudni u lpoeta jiddedika sensiela ta’ poeżiji biex jiddeskrivi in-niket li kellu meta spiċċa waħdu. Dawn huma esperjenzi u sentimenti li l-poeti jagħti x’jifhem li anke l-figura femminili tħoss. Fl-aħħar parti tal-kapitlu niġbor flimkien poeżiji li jagħtu ħjiel ta’ x’inhuma ssentimenti li l-mara tħoss meta jasal it-tmiem tal-imħabba. It-tielet kapitlu jittratta l-assoċjazzjoni tal-mewt ta’ ħajja mal-mewt tar-relazzjoni ta’ mħabba. Ir-relazzjoni ta’ mħabba għal Azzopardi hi importanti daqs il-ħajja. F’waqtiet jitkellem fuq il-mewt biex juri t-tmiem ta’ relazzjoni li wasal jew li daqt jasal, inkella juża konnotazzjonijiet mal-mewt biex juri s-sentimenti ta’ niket. Fl-istess kapitlu hemm riferiment għal Alla, għall-mod kif ir-reliġjon tagħmel parti fundamentali millimħabba li Azzopardi jemmen fiha. Fl-istess ħin hemm drabi meta jdur lejn Alla għax ma jkollux għażla oħra u waqtiet meta joħodha kontrih. F’Tabernakli Azzopardi jieħu l-irwol ta’ poeta soċjopolitiku, imma r-reliġjon għandha sehem ewlieni wkoll, qabelxejn fit-titlu fit-titlu nnifsu tal-ġabra. Però billi l-istudju tiegħi hu dwar limħabba, dan il-kapitlu jħares lejn poeżiji li fihom l-ispiritwalità hi assoċjata malimħabba, imħabba sagra li ma tittrattax biss il-pjaċir tal-ġisem. Ir-raba’ kapitlu jibda billi permezz ta’ poeżija partikolari “Mugħanni,” li huwa wkoll lisem ta' taqsima tal-ktieb, jipprova jagħti definizzjoni tal-imħabba għal Azzopardi u tal-qawwa li din għandha fuq l-individwu. Il-bqija tal-kapitlu jittratta konnotazzjonijiet u referenzi għal elementi li b’xi mod għandhom rabta sesswali, elementi li Azzopardi jħobb juża iżda mhux dejjem fil-kuntest ta' interpretazzjonijiet sesswali. Is-sess Azzopardi jarah bħala ħtieġa fir-relazzjoni tal-imħabba iżda li jaf ukoll iwassal għattmiem tagħha.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13328
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL014.pdf
  Restricted Access
1.07 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.