Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13367
Title: Id-defamiljarizzazzjoni tal-figura femminili f’poeti nisa tal-aħħar żminijiet
Authors: Attard, Stacy
Keywords: Women in literature
Maltese poetry -- Women authors -- 21st century
Style, Literary
Issue Date: 2016
Abstract: Il-figura femminili bħala idea letterarja ta’ dawn l-aħħar deċenji hija l-qofol ta’ din it-teżina. Dan hu perjodu li fl-idjoma poetika ta’ għadd ġdid ta’ kittieba nisa indirizza u aġġusta l-iżbilanċ letterarju preċedenti favur il-figura maskili predominanti. Il-mara ssir mhux biss tema ċentrali, iżda wkoll il-motivazzjoni wara għadd sabiħ ta’ żviluppi ġodda fl-għodod, fil-qawwa assoċjattiva, u fil-figuri paradossali tal-poeżija. Il-figura femminili, b’mod partikolari f’xogħlijiet kritiċi letterarji Maltin, aktarx li jistħoqqilha attenzjoni korrispondenti għall-frekwenza tiżdied tagħha fil-poeżija, u dan kien fattur ewlieni li mmotiva din ir-riċerka. Mal-qofol femminili rrappreżentat fil-poeżija reċenti, kiseb prominenza ġdida l-leħen tagħha f’xogħlijiet letterarji. Iżda kif se juru l-kapitli li ġejjin, dan mhux leħen imsawwar minn elementi omoġenji, għax ħafna drabi jikxef lilu nnifsu bħala taqbida bejn orjentamenti jew dispożizzjonijiet opposti. Parti kbira mit-teżina hija ddedikata lil dawn l-elementi inkongruwenti jew kunfliġġenti li jsawru x-xbieha u l-leħen tal-mara fil-poeżiji. L-għażla tal-figura femminili f’xogħlijiet poetiċi tintrabat ukoll mal-fatt li minnha jitnisslu bosta rappreżentazzjonijiet. Dan peress li l-mara hija figura li tirrappreżenta l-fertilità, il-patrija, u l-ġentilezza f’kuntest tradizzjonali iżda żviluppat assoċjazzjonijiet psikiċi u emottivi aktar kumplessi fl-espressjoni lirika moderna. Fil-kuntest ta’ familjarità kemm qadima kif ukoll progressiva, kien interessanti li din it-teżina tirriċerka arti li ma tħallihiex daqshekk familjari u storika, arti lesta u arti miruta. Dan minħabba l-fatt li l-figura femminili mhijiex biss xbieha primittiva jew sterjotipika, b’perspettiva ristretta għal dak li offra żmien aktar bikri, jew b’perspettiva personali li tingħalaq fiha nfisha mingħajr rabtiet intersuġġettivi u interdixxiplinarji li jagħtu lok usa’ għal diversi interpretazzjonijiet ġodda u straordinarji. Il-perjodu poetiku magħżul għal din ir-riċerka huwa kkonfinat partikolarment għal dawn l-aħħar deċenni letterarji, minħabba li dan huwa perjodu ta’ kambjamenti sinifikanti fix-xbieha poetika tal-mara. Dan għen ukoll biex l-analiżi letterarja tkun iffukata fuq żviluppi stilistiċi, ilħna liriċi, proċedimenti figurattivi, u allużjonijiet intertestwali li bejniethom jikxfu orjentament komuni lejn lingwaġġ aktar ambigwu, vag, iżda rikk fis-suġġerimenti, dwar il-mara, li tappartjeni għal perjodu speċifiku tal-iżvilupp poetiku tagħha bħala kumpless ta’ tekniki letterarji. Din it-teżina, għalhekk, għandha indirizz partikolarment sinkroniku lejn l-iżvilupp poetiku tal-mara.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13367
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL003.pdf
  Restricted Access
1.05 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.