Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/133803| Title: | Il-politika tal-ġeneru f'Marta Marta |
| Other Titles: | In-niggieża tan-narrattiva : Il-proża politika |
| Authors: | Borg, Kurt |
| Keywords: | Politics and literature Feminism and literature Sex role in literature Vella, Loranne, 1972- . Marta Marta |
| Issue Date: | 2025-03 |
| Publisher: | University of Malta |
| Citation: | Borg, K. (2025). Il-politika tal-ġeneru f'Marta Marta. In K. Borg, A. Grima & M. T. Vassallo (Eds.), In-niggieża tan-narrattiva : Il-proża politika (pp. 29-38). University of Malta. |
| Abstract: | Marta Marta ta’ Loranne Vella huwa rumanz li jista’ jitqies bħala wieħed niggieżi f’bosta sensi. Huwa rumanz ta’ kważi erba’ mitt paġna, ippubblikat minn EDE books fl-2022, u li bih Loranne Vella rebħet, għat-tieni darba, il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tar-rumanzi. Marta Marta huwa rumanz impenjat fis-sens politiku, jiġifieri li bih l-awtriċi riedet b’mod espliċitu tagħmel punti politiċi – wara kollox, Marta Marta huwa rumanz femminist. Huwa rumanz li jqajjem numru ta’ dibattiti teoretiċi dwar il-ġeneru. Jingaġġa numru ta’ skejjel ta’ ħsieb femministi, kemm dawk li normalment huma assoċjati mat-tieni mewġa tal-femminiżmu (li fjorixxew fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet tas-seklu għoxrin), kif ukoll kurrenti ta’ ħsieb minn paradimmi kontemporanji bħal elementi queer li jitkellmu dwar il-politika tal-pronomi, l-identitajiet nonbinarji, u l-fluwidità tal-ġeneru u s-sesswalità. Marta Marta jitqabad ukoll ma’ ideat assoċjati mal-femminiżmu radikali, kemm kif dan kien mifhum fis-sebgħinijiet minn femministi bħal Shulamith Firestone, Andrea Dworkin u Monique Wittig, imma anki dawk il-kurrenti ta’ ħsibijiet kontemporanji li jenfasizzaw distinzjonijiet netti bejn mara u raġel, u li jinsistu dwar modi partikolari ta’ kif tiġi definita mara, li jħallu barra bosta identitajiet, fosthom dawk trans. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/133803 |
| ISBN: | 9789918010783 |
| Appears in Collections: | In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika, 2024 Scholarly Works - FacEMAPP |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il-politika tal-ġeneru f'Marta Marta.pdf Restricted Access | 111.13 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
